Lokali

“Flimkien… partit magħqud għal Malta” – Adrian Delia

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li dawn kienu ħames snin twal ta’ forzi kbar jaħdmu biex l-PN ma jasalx għal din il-ġurnata imma min jemmen vermanet li l-inġustizzja trid tibqa’ tiġġieled… ikbar ma jkun l-ostaklu iktar tikber id-determinazzjoni.

Waqt li kien qed jindirizza protesta li saret quddiem il-Parlament, id-Deputat Nazzjonalisrta Adrian Daelia qal li l-Qorti naqxet ġudizzju b’saħħtu fuq l-aġir tal-Gvern tul dawn l-aħħar snin..

Saħaq li Abela għamel tliet snin sħaħ jiddefendi lill-barranin frawdalenti u mhux lill-poplu Malti… fejn qed jibqa’ jinsisti li hu ma jaħti xejn.. imma l-Qorti qaltilhom li huma kollha jaħtu ħafna… bil-Prim Ministru l-iktar li jaħti għax suppost għandu obbligu jħares l-interess nazzjonali.

Adrian Delia qal li l-Qorti sabet li kien hemm frodi fi tliet istanzi fosthom qabel ma twieled il-kuntratt u anke waqt l-għotja tal-kuntratt innifsu.  Saħaq li kulħadd irid jagħti rendikont ta’ għemilu għax il-poplu mhux kliem irid fil-parlament imma fatti… fatti ta’ kif dawn il-flus se jintraddu lura lill-poplu.