Lokali Parlament

Id-deputati Laburisti kollha huma responsabbli għall-korruzzjoni fl-isptarijiet

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li d-deputati Laburisti li vvutaw favur il-korruzzjoni tal-isptarijiet huma kollha responabbli.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li ħadd m’għandu dubju li dan kien kuntratt frawdalenti u sostniet li fis-sentenza l-kelma frawdalenti tissemma’ 12-il darba. Dan mhux proġett li ma renexxiex għaliex dan irnexxa għax l-intenzjoni kienet il-frodi.

Hi qalet li lil Konrad Mizzi l-Oppożizzjoni tgħidlu ‘shame on you’ u sosniet li fil-PL hemm ħafna nies li baqgħu jiddefenduh sal-aħħar. Kull darba li d-deputati Laburisti ivvutaw favur il-proġett kienu kopliċi f’dak li sar.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-miljuni, sa €80 miljun, favur kuntratt frawadenti. Il-Gvern Laburista taw il-fiduċja lill-frodsti, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-Gvern tradixxa lill-parlament u lill-poplu kollu. M’hawnx Konrad iżda xorta shame on all of you!

Id-deputat Nazzjonalista qalet li Daphne Caruana Galizia wissiet lill-poplu b’ak li kien qed iseħħ b’diversi kitbiet fejn qalet li kienet ħadma bħal ma kienet tal-power station. Hi kompliet li għalhekk aħdd ma pproteġa lil Daphe Caruana Galizia u sosniet li fil-pajjiż hawn omertà.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li d-deputati kollha Laburisti huma responabbli.