Iktra minn 75,000 persuna segwew il-finali tant mistennija tal-League Cup Ingliża bejn Newcastle United u Manchester United… B’Manchester United ikunu inkurunati champions.
Net Television kien l-unika stazzjon lokali li xandar din il-partita segwita minn bosta sostenituri ta’ Manchester United kif ukoll dawk l-akkaniti ma’ Newcastle United… partita li fissret l-ewwel trofew staġonali għal Manchester United.
Iċ-Chief Operating Officer tal-midja ta’ Net TV, Karl Gouder saħaq li din kienet kisba ferm importanti għall-istazzjon u turija ċara ta’ kemm il-midja ta’ Net TV twassal l-aqwa servizz lit-telespettaturi tagħha. Saħaq ukoll li kisbiet bhal dawn jgħinu sabiex ikomplu jsaħħu l-qagħda finanzjarja tal-Kumpanija Media.link
Magħrufa aħjar bħala l-Carabao Cup, din il-finali saret quddiem 90,000 partitarju f’Wembley Stadium.
//= $special ?>