Lokali

Il-Kap tal-PN jiltaqa’ ma’ delegazzjoni Ċiniża

“Nemmnu fid-demokrazija imma nifhmu li biż-żmien irridu niġġeddu mingħajr ma ninsew il-valuri u l-prinċipji tagħna.”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, waqt laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni miċ-Ċina.

Bernard Grech fakkar kif ħafna mill-investimenti li qed jitgawdew illum f’pajjiżna huma frott ta’ gvernijiet Nazzjonalisti.. fejn il-Partit Nazzjonalista ta u għadu jagħti kontribut kbir fil-politika soċjali ta’ dan il-pajjiż. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li laqgħat bħal dawn joffru opportunitajiet kbar għaż-żewġ pajjiżi fejn Malta u ċ-Ċina rnexxielhom jibnu relazzjoni tajba bejniethom, filwaqt li tenna li rridu nifhmu li kulħadd jgħix f’kuntest ta’ soċjetà differenti. Bernard Grech saħaq li għalkemm hija ta’ sfida, rridu naddattaw għall-bidla li saret fl-aħħar snin. 

Min-naħa tiegħu l-Ambaxxatur YU Dunhai li kien akkumpanjat mill-Viċi Ministru GUO Yezhou u diversi membri oħra mid-delegazzjoni Ċiniża, sostna li hemm numru ta’ affarijiet li huma ta’ interess komuni bejn iż-żewġ pajjiżi.  Żied jgħid li jeħtieġ li jsiru bidliet fid-dawl li s-soċjeta’ qed tinbidel, iżda huwa importanti li kulħadd jibqa’ jiftakar l-għeruq tiegħu.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm id-deputat Nazzjonalista u Kelliem għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami u s-Segretarju Internazzjonali Veronica Perici Calascione.