Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal fil-parlament li r-responsabbiltà taqa’ fuq Robert Abela għax taħtu saru l-akbar frodi fuq l-isptarijiet.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-iskandlu tal-isptarijiet, Karol Aquilina semma’ inċident li fih fil-parlament Joseph Muscat kien għajjar lil Simon Busuttil frodist; illum nafu li l-frodisti huma “Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi, Edward Scicluna u ta’ faċċata tagħna kollha huma frodisti”.
Hu qal li l-poplu hu l-vittma ta’ dan il-frodi u sostna li l-frodi hu qerq u ngann li jġib il-ħabs. Kif kien qal Eddie Fenech Adami ‘il-ħabs mhux lill-PN ibeżża’ iżda lill-Gvern’ għax huma għamlu l-frodi.
Hu qal li Muscat qal li qisu ma ġara xejn u spjega kif meta Adrian Delia fetaħ il-kawża, Joseph Muscat kien ħa ġurament quddiem l-AĠ u fil-Berġa ta’ Kastilja li fih qal li ma sarx xejn ħażin.
Illum hemm sentenza li tgħid li Muscat gideb taħt ġurament, sostna d-deputat Nazzjonalista kompla li mhux veru li l-Prim Ministru ma kien jaf xejn. Il-kuntratti tal-Vitals kienu iffirmati fl-2015 iżda l-frodi komplew sal-2023 u għadu għaddej.
Għalhekk il-maġġoranza tal-frodi saru taħt il-Prim Ministru Robert Abela. Il-kawża nfetħet fl-2018 meta kien hemm Joseph Muscat bħala Prim Ministru li dam sena u 11-il xahar Prim Ministru waqt li Robert Abela ilu d-doppju ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dan hu gvern imwelled mill-frodi, is-serq, il-manuvrar u l-qerq u sostna li l-Prim Ministru ma qalilniex min se jerfa’ r-responsabbiltà għax din taqa’ fuqu.
Responsabbiltajiet oħra huma fuq il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali li għandha tirriżenja; spiċċa ż-żmien tal-paroli għax issa hu stabbilit li saret serqa kbira. Nafu l-ħallelin min huma; b’isimhom magħrufa.
Dawn għandu jiġu arrestati u jitressqu l-qorti; issa żmien la-żzjoni. Il-PN se jiqba’ jagħmel ħiltu kollha biex issir il-ġustizzja; ieqfulhom u tħalluhomx jisirqukom iktar, sostna Karol Aquilina, li appella wkoll lid-deputati Laburisti biex jitkellmu.
//= $special ?>