Ir-residenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent, fl-aħħar sigħat, attakkaw numru ta’ villaġġi tal-Palestinjani wara li aggressur – identifikat bħala militanti Palestinjan – spiċċa joqtol żewġt aħwa Iżraeljani waqt sparatura.
L-eqqel tal-vjolenza seħħet viċin ta’ Nablus u li fiha spiċċaw maqtula xi Palestinani, b’’il fuq minn 100 jisfaw midruba.
Ir-residenti vjolenti anki taw in-nar lil għexieren ta; djar u karozzi, bis-sitwazzjoni ddum ħafna biex tinġieb taħt kontroll.
Il-militar Iżraeljan għadu qed ifittex lill-qattiel taż-żewġ Iżraeljani u fost rapporti li żdiedet il-preżenza tas-suldati fil-madwar ta’ Nablus kif ukoll fiz-zona tal-isparatura.
L-attakki fuq il-villaġġi tal-Palestinjani, intant, seħħew ftit wara li uffiċjali Iżraeljani u Palestinjani kienu qablu – waqt summit fil-Ġordan –biex inaqqsu mit-tensjoni fix-Xatt tal-Punent. Fost il-villaġġi li ġarrbu l-agħar tal-vjolenza tar-residenti Iżraeljani kien hemm dawk ta Hawara, Burin u Zaatara; ilkoll bnadi li jaqgħu taħt il-kontroll ta’ Iżrael.
Fil-fatt, il-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent qed jikkundannaw lill-qawwiet tas-sigurtà dwar ‘nuqqas ta’ protezzjoni’ – bil-President Palestinjan, Mahmoud Abbas, isostni li qed iżomm lill-Gvern Iżrealjan ‘mija-fil-mija responsabbli għall-attakki simili għal azzjonijiet terroristiċi’.
//= $special ?>