Lokali Parlament

Kuntratt ibbażat biss fuq falliment

Ritratt: Martin Agius

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fil-parlament li l-kuntratt dwar l-isptarijiet kien ibbażat biss fuq li jfalli biex titwettaq korruzzjoni.

Fil-parlament Stephen Spiteri qal li mhux stabbilit għaliex il-gvern ipprivatizza l-isptarijiet u kompla li dan hu kuntratt li kien ibbażat biss fuq falliment. Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-sentenza tal-qorti tikkonferma dak li qal il-PN u dk li qal l-Awditur Ġenerali b’diversi rapporti.

Il-pajjiż ma kellux bżonn il-barranin biex imexxu l-isptarijiet għaliex il-professjonisti Maltin huma kapaċissimu biex imexxu l-isptarijiet. Il-Maltin mhux perċezzjoni jridu iżda sistema effiċjenti tas-saħħa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-pajjiż għandu bżonn sptar ġdid tas-saħħa mentali, iktar mediċini fil-formolarju tal-gvern. Hu qal li Steward m’għamlu xejn u sostna li kieku huma għamlu l-400 sodda li kellhom jagħmlu l-gvern ma kienx ikollu jikri s-sodod. Steward kellhom il-wiċċ tost li jitolbu lill-gvern iktar miljuni biex iħallsu l-pagi tal-ħaddiema tagħhom.

Minbarra li kissru l-obbligi, Steward lanqas kienu jitrattaw lill-ħaddiema kif suppost ikunu trattati l-professjonisti fis-settur mediku. Steward kienu anki jwaqqfuhom milli javvanzaw fil-karriera tagħhom.