Lokali Parlament

L-akbar kriminalità hi fis-sentenza dwar il-korruzzjoni fl-isptarijiet

Paul Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici sostniet li fl-istess waqt li l-Gvern qed jiftaħar u jgħid li naqqset il-kriminalità fil-pajjż, l-akbar kriminaltà tinsab propju fis-sentenza li kkonfermat il-korruzzjoni fil-każ tal-isptarijiet.

Fil-parlament Paula Mifsud Bonnici qalet li flok ippreżenta r-riżenji u flok qal kif se jġibu lura t-€300 miljun misruqa, il-gvern qed jipprova jgħaddi ż-żmien bin-nies billi jipprova jgħid li kollox nomrali. Il-Qorti kienet iebsa fil-verdett mhux biss kontra Vitals u Steward iżda kontra l-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li t-trasferiment tal-propjetà tal-poplu ma sarx fl-interess tal-poplu u kompliet li l-gvern għamel dan il-ftehim l-interess tal-parti l-oħra. L-Avukat Ġenerali m’għamlitx xogħlha biex tassigura li l-poplu Malti jkollu l-benefiċċji minn dan il-ftehim.

Il-proġett ingħata bla professjonalità tant li l-qorti kkundatta kif persuni f’awtoritajiet setgħu qatt jidħlu f’arranġament bħal dan, stabbiliet li l-gvern ħeba apposta, li l-gvern u Konard Mizzi kienu qed jaħbu informazzjoni kruċjali dwar il-proġett, li Vitals u Steward għamlu farsa mill-konċessjoni u li l-gvern kien irresponsabbli meta tahom estenzjoni, meta ftiehem li l-multi ma japplikawx u ftiehem magħhom li jtihom €100 miljun jekk il-proġett ma jitwettaqx.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-qorti mhux tħalli lill-gvern jagħti xi kumpens lill-Steward u sostniet li s-sentenza hi konferma li nies fil-poter saru ħaġa waħda mal-kriminali.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-proġetti tal-gvern tfasslu bi ħsieb wieħed li jsib dħul u korruzzjoni minnhom fosthom il-power station. Dan seta’ jsir għax il-gvern ħataf l-istutzzjonijiet.

Hi qalet li l-akbar kriminalità hi propju fis-sentenza li tat il-Qorti dwar il-korruzzjoni fl-isptarijiet.