Lokali Parlament

L-Għawdxin batew bil-kbir bil-korruzzjoni fl-isptarijiet

Alex Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg sostna fil-parlament li l-Għawdxin batew bil-kbir bil-korruzzjoni fl-isptarijiet għaliex itteħdilhom l-uniku sptar li kellhom.

Fil-parlament Alex Borg qal li f’din il-kawża rebħet Malta u kompla li ħadd mill-Gvern ma ġarr ir-responsabbiltà għal din il-korruzzjoni. Hu sostna li kulħadd qed iwaħħal f’xulxin u spjega kif il-gvern bagħat seba’ avukati jiddefendu lill-barranin kontra l-poplu Malti. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN appella għall-għaqda nazzjonali kontra l-korruzzjoni.

Il-poplu nsteraq €300 miljun, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-ikbar impatt se jkun f’Għawdex fejn il-wiegħda kienet sptar ġdida iżda l-uniku investiment kien it-toilet tat-telefon operator.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pazjenti Għawdxin qed ibatu b’nuqqas ta’ servizzi fis-saħħa u sostna li Robert Abela kien konsulent legali tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat. Chris Ferane għandu reponsabbiltà meta qal li this is the real deal.

Il-Kummissarju Gafa għandu jaġixxi fuq dan il-akż iżda ma sar xejn. Dawn kollha huma responabbli, sostna Alex Borg, li kompla li l-PN hu magħqud u mhux se jħalli lill-gvern jgħaddi romblu minn fuq kulħadd. Il-PN hu gvern alternattiv, sostna Alex Borg.