Il-Ħadd filgħaxija Paris SG barra minn darhom għelbu lil O. Marseille 3-0 b’doppjetta ta’ Kylian Mbappe u gowl ieħor ta’ Lionel Messi.
Għar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja Lionel Messi, dan il-gowl kien is-700 wieħed fil-karriera ma’ klabb hekk kif huwa skorja 672 ma’ Barcelona u 28 gowl ma’ Paris SG.
Min-naħa tiegħu Mbappé daħal fl-istorja ta’ Paris SG hekk kif issa laħaq lill-aqwa skorer ta’ kull żmien Edison Cavani b’200 gowl meta għad għandu biss 24 sena. Ta’ min jgħid li ż-żewġ gowls ta’ Mbappé waslu t-tnejn minn assists ta’ Messi.
Mbappé dan l-istaġun skorja 29 gowl f’daqstant partiti.
//= $special ?>