Ian Vassallo Hagi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi qal fil-parlament li fis-settur tas-saħħa hemm nuqqasijiet kbar kaġun tal-korruzzjoni fl-isptarijiet.
Ian Vassallo qal li llum hemm Maltin li jistennew fil-kurituri minflok fl-isptaijiet li l-gvern Laburista wiegħed b’dan id-deal. Il-flus kellhom jintefqu fuq l-ispatrijiet ġodda, fuq il-mediċini għall-pazjenti, fuq iktar infermiera u tobba, sostna d-deputat Nazzjonalista li kompla li hawn nies li jittallbu għall-kura tal-kanċer. Dan meta l-poplu jħallsu t-taxxi iżda ma jingħatax is-servizz meħtieġ.
Id-deputat Nazzjonalista qal li m’hemmx teatri tal-operazzjonijiet biżżejjed fejn isiru l-operazzjonijet tant li dawn qed isiru fil-privat. Hu semma’ Għawdex u qal li l-gvern lanqas biss lesta ċ-Ċentru tas-Saħħa, meta dawn huma l-kura primarja tant bżonnjuża.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern lanqas ta uniformi lill-professjonisti tas-saħħa u m’għamiltx il-blokk il-ġdid tal-out-patients. Il-gvern jixaħħaħ mal-ħaddiema iżda jagħti l-miljuni lill-barranin u l-poplu ma jieħu xejn lura. Illum l-Isptar San Luqa jinsab abbandunat bil-poplu jbati b’muqqasijiet ta’ servizzi essenzjali, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>