Lokali Parlament

Robert Abela baqa’ jgħaddi l-miljuni lil Steward meta kien jaf bil-korruzzjoni u meta kien hemm ir-rapport tal-Awditur Ġenerali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna fil-parlament llejla li l-Prim Ministru Robret Abela baqa’ jgħaddi l-miljuni lil Steward meta kien jaf bil-korruzzjoni u meta kien hemm diġà ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar il-korruzzjoni tal-isptarijiet li wettaq Gvern Laburista, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-Prim Ministru ammeta li fl-2020 meta sar Prim Ministru kien il-kontinwità.

Hu sostna li wara s-sentenza l-Prim Ministru qal li se janalizzaha iżda milli jidher għadu qed janalizza s-sentenza għax il-poplu stenna li l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-pjan tiegħu biex l-isptarijiet jitmexxew mill-Maltin.

Minflok il-Prim Ministru attakka u pprova jitmejjel b’ħaddieħor; dak hu l-Prim Minisru Robert Abela!, sostna Bernard Grech, li kompla li l-Prim Ministru qed jistaqsi minn se jibda għax m’għandux idea minn fejn se jibda. Ir-road map tal-gvern hi biss ir-road map tal-korruzzjoni u malli l-gvern inqabad ma kellhomx idea x’se jagħmlu, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li l-Gvern jibża juża’ l-kelma ‘kuntratti’.

Bernard Grech qal li llum il-qorti mhux biss għandha l-provi iżda tat deċiżjoni li l-gvern jistħi jappella. Il-PN ingħata raġun bl-inkjesti li nfetħu minn Simon Busuttil u mill-awkża ta’ Adrian Delia; l-istess kif seħħ fil-kawża dwar l-iżbilanċ fix-xandir.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-PN mhux kriminal, korrott jew frodist bħall-gvern u sostna li l-Prim Ministru sostna li meta kien iffirmat dan il-kuntratt kien il-konsulent legali ta’ Joseph Muscat; l-aktar politku korrott fl-istorja.

Hu sostna li fl-2015 kien qed jiddibatti miegħu fuq l-istazzjon nazzjonali għax kien induna li kien korrott u kriminali; Robert Abela kien qed jiddefendi lil Joseph Muscat.

“Hemm kont jien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja”, sostna Bernard Grech, li kompla li fl-2020 ftit wara li Robert Abela sar Prim Ministru, kien ivvota konra mozzjoni tal-Oppożizzjoni…”ivvotaw kontra l-pplu Malti, kontra l-batut, il-fqir, il-pazjent u kontra l-familji”.

Bernard Gerch kompla li fil-budgets li għaddew, il-Prim Ministru reġa’ ivvota flimkien mad-deputat Laburisti biex jiddefendu dan il-kuntratt skandaluż u korrott. Hu sostna li l-Prim Ministru qed jgħid li lanqas kien deputat seta’ kien iffirmat il-kuntratt.

Dan ifisser li l-Prim Ministu qed jgħid li d-deputati Laburisti li kienu preżenti fil-parlament dak iż-żmein kienu ħatja. Remikom..oqgħodu ċapċpulu għax qalilkom li intom kollha kompliċi, sostna Bernard Grech, li kompla li l-Prim Ministru nesa li kien sar parti mill-kawża ta’ Adrian Delia.

Hu qal li l-Prim Ministru baqa’ jiddefendi dan il-kuntratt fil-qorti wkoll u sostna li l-PN għandu fiduċja fil-poplu biex imexxu l-isptarijiet. Bernard Grech kompla li l-Prim Ministru baqa’ jagħżel lill-korrotti flok lill-poplu; baqa’ sena wara sena jżidilhom il-flus.

Dan minkejja li kien jaf li Steward ma kinux qed iwettqu l-obbligi tagħhom, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li din il-korruzzjoni taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela li baqgħet issir anki permezz tiegħu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li kien jistenna lill-Prim Ministru jagħmel apoloġija lill-poplu u sostna li l-Prim Ministru qal biss li ma kellux rimors. Ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali ilhom li ħarġu u l-Prim Ministru baqa’ jdidefendi l-kuntratt korrott, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li Steward diġà tawhom il-€100 miljun fiż-żidiet li l-gvern tahom kull sena.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-ministri Edward Scicluna u Clyde Caruana kienu dawk li taw il-fondi lill-Stewards u kompla li l-Gvern ħela ħames snin u issa se jipprova jirbaħ ħamest ijiem fl-appell. Bernard Gerch qal li l-Prim Ministru għandu jerfa’ r-repsonsabblità, il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga u jarresta lill-korrotti u lill-kriminali. Fejnha l-Avukat Ġenerali forsi twieġeb għal għemilha!, sostna Bernard Grech, li nsista li l-poplu jingħata dak li jixraqlu u min għandu jeħel ikun ikkundannat.