Lokali Parlament

Robert Abela bla pjan kif il-poplu se jġib €300 miljun li nsterqulu; isostni li m’għandux rimorsi

Il-Prim Ministru Robert Abela ma qal xejn u ma speċifikax kif il-gvern se jġib lura, jew kif se jibda’ l-proċess, biex il-poplu jikseb lura t-€300 miljun li nsterqulu fl-iskandlu tal-isptarijiet.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament f’seduta dwar l-iskandlu tal-ipstraijiet, il-Prim Ministru Robert Abela qal li kien se jġib ruħu b’mod differenti mill-PN u sostna li dan hu mument ta’ responsabbiltà. Hu attakka lill-PN, lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lid-deputati Nazzjonalisti b’każi tal-passat u tkellem dwar il-lista l-griża, il-governanza

Il-Prim Ministru semma’ l-kawża li għamel Adrian Delia fl-2018 u sostna li hu kien sar deputat Laburista wara li sar il-ftehim dwar l-isptarijiet. Qabel sirt deputat, qatt ma kont konsulent tal-Kabinett, sostna l-Prim Ministru, li kompla li l-isptarijiet għadhom joffru servizz lill-poplu.

Hu qal li l-Gvern ħa pożizzjoni konsistenti fil-konfront ta’ Steward dwar l-obbligi legali. Wara Jannar 2020, il-gvern fittex lill-arretrati tat-taxxa, li lil Steward ma ngħataw ebda pagament ħlief għal dawk li diġà kienu iffirmati, il-kuntratt ma kienx modifikat u li l-gvern kien se jistenna l-eżitu tal-kawża.

M’għandi ebda rimors dwar id-deċiżjonijiet, sostna l-Prim Ministru, li kompla li l-gvern mexxa bis-serjetà.

Il-prim Ministru qal li l-prijoritajiet tal-gvern huma li l-interess nazzjonali jibqa’ prijortà, li l-ħaddiema jkollhom xogħlhom garantit u li s-servizz tas-saħħa jibqa’ normali. Hu ssemma’ Għawdex u qal li l-pjan hu li jinbena sptar ġdid u l-Queen Mary University of London.

Il-Prim Ministru qal li l-iskandlu tal-isptarijiet kien eċċezzjoni u sostna li l-gvern mhux se jaċċetta li jitnaffar l-investiment lejn Malta.