Xorti mħallta għat-timijiet ta’ Milan, fejn Inter sofrew telfa għand Bologna u fil-logħba ta’ filgħaxija Milan għelbu lil Atalanta 2-0 f’konfront dirett għall-postijiet fil-UEFA Champions League staġun ieħor.
B’dawn ir-riżultati Milan issa laħqu lil Inter fit-tieni post tal-klassifika, b’distakk notevoli mil-leaders Napoli.
Għat-tieni sena konsekutiva Inter ħarġu b’idejhom vojta mid-Dall Ara ta’ Bologna, fejn Bologna skorjaw il-gowl rebbieħ fit-tieni taqsima permezz ta’ Orsolini.
Milan ikkonfermaw li rkupraw mill-perjodu diżastruż ta’ Jannar bi prestazzjoni tajba u rebħa konvinċenti kontra Atalanta. Gowl f’kull taqsima għal Milan l-ewwel awtogowl ta’ Musso wara li xutt ta’ Hernandez ħabat mal-lasta u fit-tieni taqsima kien Messias li għalaq il-logħba.
Riżultati
Bologna v Inter 1-0
Salernitana v Monza 3-0
Spezia v Udinese 2-2
Milan v Atalanta 2-0
//= $special ?>