James Galea rebaħ it-tieni Trap Selection Shoot tal-2023 organizzata mill-MSSF
Fit-tieni post spiċċa Brian Galea, filwaqt li Emmanuel Bugeja kellu jikkuntenta bit-tielet post.
Din il-kompetizzjoni kienet organizzata fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges b’75 plattina fl-ewwel jum u 50 segwiti mill-fażi finali fit-tieni jum.
Semi-Finali 1
Emmanuel Bugeja b’punteġġ ta’ 119/125, Nico Sciberras 114/125 +2 shoot-off, Brian Galea laqat 111/125 +4 shoot-off u Christian Farrugia rnexxielu jolqot 110/125.
Semi-Finali 2
James Galea laqat 118/125, William Chetcuti 114/125 +1 shoot-off, Gianluca Chetcuti laqat 111/125 +3 shoot-off u Anglu Ciappara laqat 109/125.
Riżultat tas-Semi-Finali 1
- GALEA Brian 21/25
- BUGEJA Emmanuel 20/25
- FARRUGIA Christian 15/25
- SCIBERRAS Nico 7/15
Riżultat tas-Semi-Finali 2
- GALEA James Jr. 24/25
- CIAPPARA Anglu 24/25
- CHETCUTI William 23/25
- CHETCUTI Gianluca 12/15
Medal match
- GALEA James 29/34 (Golden Hit)
- GALEA Brian 26/33
- BUGEJA Emmanuel 20/25
- CIAPPARA Anglu 10/15
Din il-Kompetizzjoni kienet ukoll l-aħħar Selection Shoot għall-ISSF World Cup Larnaca CYP 2023, li se ssir f’Marzu.
L-Atleti li jirrappreżentaw lil Malta fit-Trap Events se jkunu James Galea Jr., Emmanuel Bugeja, Gianluca Chetcuti u William Chetcuti li qed jipparteċipaw fit-Trap Men Event filwaqt li Mikaela Galea u Mariah Busuttil se jkunu qed jisparaw fit-Trap Women Event.
Ir-riżultati tal-Klassi mit-tieni jum kienu dawn li ġejjin:
Klassi A
- BUGEJA Emmanuel 47/50
- GALEA James Jr. 46/50 (Regola Count Back: 7)
- ZAMMIT Emanuel 44/50
Klassi B
- FARRUGIA Christian 44/50
- CIAPPARA Anglu 43/50
- CARABOTT Nikola 40/50
Klassi Ċ
- MUSCAT Pietru 37/50
- BALCACCHINO Hubert 35/50
- GRECH Carmel 33/50
Il-programm tal-MSSF Trap ikompli nhar il-Ħadd 5 ta’ Marzu 2023 bl-MSSF Trap Competition (75 Target) fil-Malta National Shooting Ranges.
//= $special ?>