Lokali

Raġel ta’ 35 sena jweġġa’ gravi f’inċident ir-Rabat

Indjan ta’ 35 sena li joqgħod is-Swieqi, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Peugeot Tweet, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart tal-Ħadd filgħaxija, fi Triq il-Buqana, ir-Rabat.

Ambulanza kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna filwaqt li tim mediku ħa lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.