Lokali

VITALS: Robert Abela isteriku fil-Parlament

Attakk partiġġjan isteriku, wieħed wara l-ieħor.

Il-Prim Ministru Robert Abela f’indirizz fil-Parlament Malti t-Tnejn waranofsinhar kien misteni jitkellem dwar is-sentenza tal-Vitals u Steward – konċessjoni li ġiet nulla fl-aħħar jiem, fejn il-Qorti saħqet li l-poplu Malti u Għawdxi ġie ffrodat.

Minflok Robert Abela għażel li jibda billi jagħmel attakk wieħed wara l-ieħor fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista u d-Deputati Parlamentari Nazzjonalisti f’tgħajjir sfrenat u attakki personali lill-individwali.

Bosta saħqu li dan ma kienx diskors denju ta’ Prim Ministru li jirrappreżenta lill-Maltin u Għawdxin.

Dan filwaqt li insista li huwa daħal sena u 3 xhur wara li sar il-ftehim tal-konċessjoni bejn Vitals u l-Gvern – bi kliemu stess xeħet lil dawk fost oħrajn ta’ ma ġenbu, Chris Fearne u Michael Falzon.

Robert Abela insista li huwa qatt ma kien konsulent tal-kabinett meta huwa fatt, iswed fuq l-abjad li Robert Abela kien konsulet legali tal-kabinett minn Ġunju 2017 ‘il quddiem – l-istess perjodu li t-trasferiment sar bejn Vitals u Steward. Trasferiment li l-Qorti tat ċamata għalih lill-Gvern.