Lokali

Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa’ minn fuq il-bejt f’Ħal Tarxien

Anzjan ta’ 76 sena tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu għal fuq saqaf ta’ propjetà privata fir-residenza ta’ ħdejh.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-12:45 fi Vjal Simmons, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li anzjan ta’ 76 sena waqa’ minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu għal fuq saqaf ta’ propjetá privata ta’ ħdejh, għoli ta’ madwar sular. Mal-waqgħa, is-saqaf li ġie fuqu sfronda bih u waqa’ madwar sular ieħor.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku, filwaqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, iżda sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.