Lokali

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ttajret minn karozza f’Ħal Tarxien

Anzjana ta’ 81 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Ħal Tarxien.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu hekk kif il -Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Santu Wistin, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li anzjana ta’ 81 sena residenti Ħal Tarxien, intlaqtet minn Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti Ħal Tarxien ukoll, li f’dak il-ħin kienet qiegħda tirriversja.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku filwaqt li ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.