Lokali

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ttajret minn karozza fil-Ħamrun

Anzjana ta’ 89 sena residenti Santa Venera qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu fi Triq Mons. De Piro, il-Ħamrun.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjana ntlaqtet minn karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti l-Ħamrun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.