Lokali

Approvata r-riżoluzzjoni tal-PN ‘Int jixraqlek aħjar’

"Għax għall-Partit Nazzjonalista, int verament jixraqlek aħjar"

Waqt laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija wara l-protesta li saret quddiem il-Parlament, ġiet approvata b’mod unanimu riżoluzzjoni mressqa mill-Kap tal-Partit Bernard Grech, intitolata ‘Int jixraqlek aħjar’.

Fir-riżoluzzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed itenni l-impenn tiegħu li ma jħallix lil Robert Abela u sħabu jippruvaw jgħaddu bħal romblu minn fuq il-poplu Malti u Għawdxi, partikolarment wara li twaqqfu għal darbtejn fi ftit jiem mill-Qorti milli jagħmlu dan.

L-ewwel każ meta l-Imħallef Francesco Depasquale iddikjara null id-deal mal-Vitals u t-tieni każ meta l-Qorti ddikjarat li kien hemm żbilanċ fix-xandir nazzjonali fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista.