Futbol Sport

FA Cup: Blackburn Rovers javvanzaw għall-kwarti finali b’rebħa sorprendenti fuq Leicester City

Fil-ħames rawnd  tal-FA Cup Blackburn ħasdu lil avversarji tagħhom Leicester City biex b’hekk avvanzaw għar-rawnd li jmiss. Fil-partiti l-oħra, Brghton & Hove Albion, Fulham United u Manchester City kollha kkwalifikaw għall-kwarti finali.

Stoke 0-1 Brighton

Brighton avvanzaw għar-rawnd li jmiss b’rebħa minima fuq Stoke City bil-gowl ta’ Evan Ferguson ikun biżżejjed sabiex jagħti r-rebħa lis-Seagulls. Il-gowl wasal fit-30 minuta meta Ferguson xeħet ġewwa minn pass tal-attakkant Ġappuniż Kauro Mitoma.

Leicester 1-2 Blackburn

Kienu Blackburn li ħasdu lil avversarju tagħhom meta t-team tac-Championship avvanza għall-kwarti finali b’rebħa meritata kontra Leicester City. Blackburn fetħu l-iskor permezz ta’ konlużjoni preċiża ta’ Tyrhys Dolan minn barra l-kaxxa. Bil-gowl ta’ Dolan Blackburn daħlu għal ħin tal-mistrieħ fil-vantaġġ.

Għat-tieni darba fil-partita Blackburn reġgħu issorprendew lil-avversarju meta Samie Szmodics ikkonkluda azzjoni personali b’xutt kalm u baxx fir-rokna tal-lemin.

Leicester skurjaw gowl fis-70 minuta, madankollu dan il-gowl kien biss ta’ konsolazzjoni għal Foxes. Kelechi Iheanacho kien l-awtur tal-gowl.

Fulham 2-0 Leeds

F’partita bejn żewġ timijiet fil-Premier League Fulham ħarġu rebbieħa f’Craven Cottage. Fulham fetħu l-iskor permezz ta’ Joao Palhinha li skurja dak li possibilment huwa l-isbaħ gowl fil-kompetizzjoni sissa meta sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu u angolat minn barra l-kaxxa.

Fulham irduppjaw l-iskor fis-56 minuta meta Manor Solomon xeħet ġewwa minn pass ta’ Mitrovic.

Bristol City 0-3 Man City

F’partita li Manchester City bla dubju kienu l-favoriti, ic-Citizens ma sabu l-ebda diffikulta sabiex jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss.

Gowl tipiku ta’ Manchester City kien dak li fetaħ l-iskor meta minn pass preċiż ta’ De Bruyne, Mahrez irċieva tajjeb u xeħet fil-kaxxa sabiex jikkonkludi tajjeb l-midfielder avvanzat Phil Foden.

Manchester city irduppjaw fl-74 minuta meta l-istess Phil Foden kiseb id-doppjetta personali tiegħu.

L-aħħar gowl wasal fil-81 minuta permezz ta’ gowl tipiku minn barra l-kaxxa ta’ Kevin De Bruyne minn pass ta’ Grealish.