“Nappella lil kulħadd biex nhar il-Ħadd jingħaqad magħna fi protesta nazzjonali fejn flimkien inkattru t-tama u nwelldu Malta ġdida”.
Fid-diskors tiegħu waqt il-protesta ‘Tuna l-Isptarijiet’, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li din il-folla li nġabret quddiem il-Parlament hija turija ċara ta’ appoġġ għall-oppożizzjoni fejn flimkien nerġgħu nagħtu tama lil dan il-pajjiż.
Qal li Robert Abela m’għandu ebda rimors li ddefenda dan id-deal mafjuż.. deal li ilu jiddefendih sa mill-2015 meta kien il-konsulent legali ta’ Joseph Muscat.
Huwa qal li l-Gvern Laburista kellu road map waħda road map għall-flus. Saħaq li l-kawża nterbet għax il-Qorti qamet u qalet li issa daqshekk.. daqshekk serq.
Bernard Grech qal li Adrian Delia ppreżenta l-provi u l-Qorti tat raġun lill-Partit Nazzjonalista. Fejn għal darb oħra it-Tnejn stess il-Qorti reġgħet tat raġun lill-PN fejn il-PBs qed jikser id-drittijiet fundamentali tal-Partit Nazzjonalsita.
Huwa qal li l-PBS qed iċaħħad lill-poplu mill-messaġġ tal-PN hekk kif kulħadd għandu dritt li tasal għandu l-verità.
//= $special ?>