Lokali

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ tliet sulari

Ritratt: Matthew Tabone

Ħaddiem qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-1:15 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Creche, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-investigazzjonijiet li raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’ madwar tliet sulari fuq saqaf tal-ħġieġ, li nkiser mal-waqa’.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, fejn ftit tal-ħin wara ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.