Sport Sport Ieħor

Hockey: Rebħa konvinċenti għal leaders GREE Sliema Hotsticks

Meta tkompla l-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey, GREE Sliema Hotsticks baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil White Hart 7-1.

Il-gowls ta’ Sliema Hotsticks kienu skorjati minn Christ Agius li skorja tlett gowls, Christian Sammut li skorja darbtejn b’Gary Bonnici u Ben Johnson gowl kull wieħed.

L-uniku gowl ta’ White Hart ġie skorjat minn Keith Azzopardi.
Umpires tal-partita kienu Keith Calleja, Karl Chircop.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY
GREE Sliema Hotsticks 10 punti , Qormi Daikin u Floriana Young Stars 7 punti kull wieħed White Hart 0 ebda punt.

Mill-Hockey 9s, Qormi Daikin kellhom rebħa kbira ta’ 8-0 kontra Marsascala Heat.
Qormi Daikin rebħu wkoll il-konfront mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena kontra Marsascala Heat fejn rebħu 7-3.