Lokali Parlament

Il-poplu għandu dritt ikun jaf jekk u kif l-iskandlu tal-isptarjiet kien diskuss fil-Kabinett

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina sostna fil-parlament li l-poplu għandu dritt ikun jaf jekk u kif l-iskandlu tal-isptarjiet kienx diskuss fil-Kabinett.

Fil-parlament Toni Bezzina semma’ l-kawża dwar il-korruzzjoni fl-isptarijiet u qal li l-gvern issa qed ifarfar mir-responsabbiltà meta hemm deputati li anki xehdu f’din il-kawża ta’ Adrian Delia. Hu tratta x-xhieda ta’ Konard Mizzi li qal li l-Kabinett Laburista ta’ dak iż-żmien kienu aġġornati għal 14-il darba dwar dan il-proġett. Konrad Mizzi qal ukoll li r-rakkomandazzjonijiet kieku kollha approvati mill-Kabinett.

L-ex Ministru Edward Scicluna xehed ukoll li jiftakar li l-proġett kien issemma’ fil-Kabiett iżda l-informazzjoni dwaru ingħatat lill-Kabinett wara li ttieħdet id-deċiżjoni. L-ex Prim Ministru Joseph Muscat xehed li l-Kabinett kien informat għal 12-il darba dwar il-proġett tal-isptarijiet. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne xehed li waqt li kien diskuss il-proġett mill-ewwel kien imħasseb u li l-proposta ma kinitx tagħmel sens.

Il-poplu għandu dritt li jun jaf il-verità u jkun stabbilit min qed jigdeb, sostna Toni ebzzina li kkritika l-fatt li s-Segretarju Permneti fil-Ministeru tal-Finanzi qed jgħid li ma kienx involut. Hu semma’ s-self ta’ €35 miljun li l-BOV sellef lil Steward u qal li l-BOV ma sabx problema biex jagħmel dan is-self lil Steward iżda għall-anzjani l-gvern waqfilhom il-kontijiet u issa m’għandhomx fejn ipoġġu l-pensjoni li għandhom.

Toni Bezzina tkellem dar l-importanza tas-sostenibiltá bejn il-biedja u l-ambjent u qal li l-industrija tas-sajd għandha tissaħħaħ biex ikun protett l-ambjent marittimi. Il-bdiewa huma l-gwardjani naturali tal-ambjent u huma kwalifikati li jieħdu ħsieb l-ambjent.

Għalhekk għandu jkollhom serħan il-moħħ fl-art li huma jaħdmu. Il-liġi tal-qbiela għaddiet minkejja li l-gvern m’aċċettax l-emendi li ressqet l-Oppożizzjoni. Fost dawn kien hemm l-emenda biex il-gvern joħloq skema biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-qbiela, biex il-miġbiet tan-naħal ikunu inklużi fid-definizzjoni tar-raba’, biex tiddaħħal emenda li jkun ikkunsidrat il-potenzjal tad-dħul bi proprozjon mal-qbiela u emenda oħra biex ikun hemm distinzjoni bejn il-parti tal-irziezet li jintużaw għal skop agrikolu u l-parti residenzjali.

Toni Bezzina semma’ r-riforma fir-raba’ u qal li l-gvern kien iddiskuta din il-liġi qabel għalqet il-konsultazzjoni. Sal-lum għad mhux amgġruf kif se tinaħdem ir-rata tal-qbiela meta dan hu l-aktar punt importanti. L-urġenza li kell l-gvern spiċċatlu kollha, sostna Toni Bezzina, li spjega kif dan l-aspett hu determinanti għall-futur tal-bdiewa.

Hu semma’ l-enerġija mid-demel u qal li l-Gvern għandu jgħin lill-bdiewa biex jagħmlu r-riċerka dwar kif ikun assorbit id-demel, li hu problema għall-bdiewa. Minflok id-demel qed ikun użat għal skopijiettajbin fosthom bħala fertilizzant, dan qed jitwarrab biex il-pajjiż qed jimporta prodotti minn barra l-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-ilma tat-tieni klassi u qal li dan għandu jkun użat għall-benefiċċju tal-bdiewa. Hu semma’ l-investiment fit-toroq u qal li hu ħażin li jingħata t-tarmak iżda l-infrastruttura ta’ taħt l-art ma tkunx imtejba.

Toni Bezzina sostna li l-infrasrtruttura baqgħet l-istess kif kienet qabel meta kien hawn popolazzjoni inqas. Toroq li ngħataw it-tarmak ftit ilu qed ikollhom jinqalgħu propju minħabba dan in-nuqqas ta’ ippjanar.

Hu tratta wkoll it-trasport tal-massa u sostna li wra l-elezzjoni l-gvern Laburista qed jistudja l-proposta li kien għamel il-PN dwar trasport tal-massa. Ftit ilu l-Ministru tat-Trasport ammetta wkollli se jagħmel dedicated lanes kif kien ippropona l-PN.

Dwar it-trobbja tat-tiġieġ, Toni Bezzina qal li l-Kamra tal-Periti ħarġet direttiva dwar id-disinn tal-bini fil-viċianza ta’ tempji megalitiċi fosthom fil-kobor tal-iżvilupp, it-tip ta’ żvilupp, gwida teknika dwar materjali applikati, li jsir rapport dwar l-impatt arkeoloġiku u li l-bini kun monitorat.