Is-Segretarju-Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg qal li l-Ukrajna, ‘il quddiem, se tkun membru tal-Alleanza tal-Punent iżda fl-istess ħin spjega li dan hu proċess li jrid jieħu fit-tul. Dan ukoll meta l-Ukreni, għalissa, jeħtieġu jibqgħu ‘indipendenti’ huma u jirreżistu l-invażjoni ta’ pajjiżhom mit-truppi tar-Russja.
L-Ukrajna ilha s-snin tipprova tissieħeb man-NATO u l-invażjoni ta’ artha wasslet biex il-President Ukren Volodymyr Zelensky jitlob biex il-proċess tas-sħubija għal pajjiżu ‘titħaffef’ permezz ta’ hekk-imsejjaħ ‘fast tracking’.
L-Ukrajna – jiem biss wara l-invażjoni — kienet anki applikat għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u fil-fatt, aċċertat mill-istatus ta’ kandidat f’Ġunju li għadda.
Intant, Jens Stoltenberg, waqt żjara fil-Finlandja, qal li ‘l-Alleati tan-NATO jaqblu li l-Ukrajna għandha tifforma parti mill-Alleanza, iżda din il-ħaġa tinvolvi perspettiva għat-tul taż-żmien’.
Stoltenberg kompla li l-issue ewlieni u tal-mument hi li l-Ukrajna tkompli bħala pajjiż sovran u indipendenti. Hu minnu wkoll li l-ambizzjonijiet ta’ Kiev biex tifforma parti min-NATO ilhom iqanqlu l-għadab f’Moska, bil-President Russu Vladimir Putin jitkellem ripetutament dwar ‘theddida fuq l-għatba tar-Russja’.
//= $special ?>