Pakistani ta’ 30 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tad-8:45 hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li Pakistani ta’ 30 sena u joqgħod iż-Żurrieq, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>