Lokali

Kampanja li se tkun qed iżżid l-għarfien kontra l-vjolenza

It-Tlieta ġie ffirmat MOU bejn il-Gvern u l-Malta Girl Guides fejn permezz tar-Reġjun Punent se tkun qed issir kampanja ta’ għarfien għall-ġlieda kontra l-vjolenza.

L-inizjattiva se tkun qed tvarja minn kampanji li se jibdew f’Marzu bl-għan li jkun hawn ħarsien tal-individwi li jkunu vittma tal-abbuż. Il-kampanja għandha għaddejja sa’ Awwissu, bil-Malta Girl Guides se jkunu qed joffru wkoll l-għajnuna tagħhom biex jiżdied l-għarfien u tkun missielta l-vjolenza.