Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha ordnat lill-Avukat Ġenerali biex jgħaddi kumpens ta’ €155,920.57 lis-sidien tal-propjetà li qed jintuża bħala każin tal-Partit Laburista tal-Isla għal dawn l-aħħar 70 sena. Dan wara li l-Partit Laburista nstab ħati li kiser id-drittijiet tat-tgawdija tal-propjetà tas-sidien. Għaldaqstant tali kumpens issa jrid jitħallas mit-taxxi tal-poplu.
Numru ta’ persuni li huma proprjetarji tal-każin li huwa maqsum fi tnejn u li jinsab f’201/202, Triq il-Vitorja u l-fond 10, Triq San Ġiljan, li ilhom mikrija sa mis-snin 50 lill-Partit Laburista, b’kera annwali ta’ ta’ €109.15c fis-sena. Għal post fi Triq il-Vitorja kienet titħallas kera ta’ €61.15c fis-sena, waqt li għall-fond fi Triq San Ġiljan, il-kera kienet ta’ €37.00c fis-sena. L-aħħar kera li tħallset fuq dawn il-fondi kienet fl-2015.
L-Imħallef Joanne Vella Cuschieri sabet li l-Partit Laburista kiser id-drittijiet fundamentali tal-familji kollha propjetarji taż-żewġ fondi, għat-tgawdija ta’ l-istess propjetà. Mill-provi jirriżulta li l-Partit Laburista ilu jgawdi minnhom għal numru ta’ snin li jmorru lura ghal ħamsinijiet u ghadu jgawdi l-post sal-ġurnata tal-lum.
Il-Qorti kkalkulat l-kumpens dovut mis-sena 1987 u cioe’ mis-sena li r-rimedju tal-ksur tad-dritt fundamentali kien addottat fil-liġi Maltija. Il-Qorti wara li rat ir-rapport tal-Perit Tekniku Joseph Grech, partikolarment il-valur lokatizzju tal-proprjetajiet kollha fis-suq miftuh matul is-snin 1987 sal-2021, l-ammont li l-inkwilin Partit Laburista kien iħallas tul l-istess perijodu.
Il-kumpens kien ukoll maħdum fuq kemm tiswa l-propjetà u l-kera mħallsa skont il-ħtiġijiet tal-lum. Il-Qorti qalet li jirriżulta li l-Partit Laburista ilu jgawdi l-fond għal numru ta’ snin u għadu jgawdih sal-ġurnata tal-lum. Il-Qorti qalet ukoll li tinnota li mill-atti jirriżulta li s-sidien saru proprjetarji permezz ta’ wirt.
Il-Qorti qalet ukoll li ikkalkulat l-kumpens dovut mis-sena 1987 u cioe’ mis-sena li r-rimedju tal-ksur tad-dritt fundamentali addottat fil-liġi Maltija. Il-Qorti laqgħet it-talba u llikwidat kumpens u danni pekunjarji u non-pekunjarji fl-ammont kumplessiv ta’ €155,920.57.
Għaldaqstant -Avukat tal-Istat ġie kkundannat ihallas lis-sidien kumpens u danni pekunjarji u non pekunjarji hekk kif likwidati ai termini tal-ligi, bl-imgħax legali mid-data tad-decizjoni sad-data tal-pagament effettiv. Dan bl-ispejjez b’kollox.. In vista ta’ dan kollu l-Qorti qalet li sabet lezjoni tad-drittijiet fondamentali u ordnat ukoll in-notifika tad-decizjoni lill-Ispeaker Speaker tal-Parlament Malti. Għas-sidien deher l-Avukat Edward Debono.
//= $special ?>