“Dawn l-indizji kollha, dan in-nuqqas ta’ azzjoni jinvolvi il-Gvern ta’ Robert Abela u il-Gvern ta’ Joseph Muscat f’korruzzjoni massiċċa li huma responsabbli kolletivament għaliha … U kieku qed ngħixu f’demokrazija, il-Gvern ta’ Robert Abela kien jirrizenja il-bieraħ qabel illum, imma għax mingħalihom li huma jistgħu ikomplu jaggixxu kontra l-interessi tal-poplu Malti u jistuprawh il-miljuni għall-beneficcji ta’ min ftiehem ma’ Vitals .. jiprettendu li xejn mhu se jigrilhom. Imma dan ma jistax ikun.”
Hekk saħaq l-avukat Edward Debono, li flimkien mad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia deher fil-kawża kostituzzjonali sabiex it-tliet sptarijiet jingħataw lura lill-poplu Malti. Edward Debono staqsa lilll-Robert Abela għalfejn dam ħames snin biex ħa azzjoni u ħalla lill-poplu Malti u Għawdxi jkompli jinsteraq il-miljuni tul dawn is-snin kollha.
“Aħna llum smajna li mhux se jappella – Dan ifisser li Robert Abela jaqbel mas-sentenza tal-imhallef fit-totalita tagħha u jaqbel mal-punti mressqa minn Adrian Dehlia fit-totalita tagħhom – Mela id-domanda li għandna nsaqsu għaliex dam 5 snin biex jieħu azzjoni? Għaliex Robert Abela ma ħax azzjoni qabel? Għaliex il-korrott Muscat mar għandu u talbu izjed flus għan-nom ta’ Stewards biex izid il-kontributi ta’ kull sena? Tagħmel sens li eks PM imur in-naha l-ohra u jitlob izjed flus?“
L-avukat Edward Debono saħaq li s-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale kienet l-ewwel sentenza fl-istorja legali ta’ Malta li sabet Gvern Malti responsabbli ta’ korruzzjoni ma’ frodisti u cioe ma’ vitals u sussegwentament ma’ Steward. B’hekk din il-kundanna f’pajjiż li suppost jitħaddem bid-demokrazja, twassal għal rizenja totali mill-Kabinett ta’ Robert Abela.
“Is-sentenza tal-imħallef tista tiddiskriviha bħala – vergonja – korruzzjoni – frodi – serq – kundanna għall-ħallelin tal-Gvern ta’ Joseph Muscat. Illum nafu li funzjorarji tal-Gvern ta’ JM kienu stupraturi tal-poplu – serqu l-poplu miljuni kbar tal-ewro għall-beneficcju tagħhom u tal-ħbieb.”
Fil-kummenti tiegħu, l-avukat Edward Debono sostna li għalkemm Robert Abela qal li huwa ma kellu ebda rwol, huwa kien il-konsulent legali tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat meta sehh it-trasferiment kundannabbli bejn Vitals u Steward Abela … u għalhekk ħati daqsu u jrid jerfa’ r-responsabbilta’ ta’ għemilu.
Apparti dan, kull min kien fit-tmexxija fil-Partit Laburista fiż-żmien meta saret din il-konċessjoni, għandhom jitressqu quddiem il-Qorti Kriminali fuq reat ta’ Ħasil ta’ Flus.
“It-tmexxija tal-Partit Lburista ta’ dak iz-zmien li ħmew dan il-ftehim kontra l-interessi tal-poplu Malti – kienu jafu xqed jagħmlu u skont il-ligi tagħna –Kap 373 ligijiet ta’ Malta, Artikolu 2 (AML) – Meta hemm ix-xamma tal-korruzzjoni u issa ipprovata mill-awditur generali u mis-sentenza tal-Imhallef Depascuale – la hemm dik il-korruzzjoni hemm dak li jsejjhulu hasil ta’ flus – flus mgħoddija lil Steward u Vitals spiccaw f’idejn korrotti Maltin li hmew dan il-ftehim u għalkemm mhemmx il-prova fejn marru dawn il-flus – l-idizi cirkostanzjali juru li xi haga hazina hemm u spjegazzjoni għandna tingħata quddiem il-Qorti.”
L-avukat Debono appella lill-Avukat tal-Istat u lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex ma jiefqux hawn … iżda jmorru pass oltre’ u jieħdu azzjoni kriminali kontra kull min hu involut.
“Inħeġġeġ lill-Avukat generali u l-kummissarju tal-Pulizija biex jiehdu l-azzjoni necessarja kontra kull min hu involut jew kellu l-obbligu li jiehu l-azzjoni qabel u ma ħadiex. Għax in-nuqqas ta’ azzjoni hija reat ukoll. Jekk inti bħala PM kont taf li ta’ qablek kien korrott u ma ħadx l-azzjoni meħtieġa inti mhux biss għandek tirrispondi għal għemilek imma għandek ukoll tagħmel dak kollu meħtieġ biex in-nies kollha involuti jigi kollha mressqa.”
//= $special ?>