Il-Pulizija fl-Italja arrestaw tliet persuni suspettati bħala traffikanti tal-immigranti….L-arresti saru wara l-mewt, fi tmiem il-ġimgħa, ta’ madwar 100 immigrant li d-dgħajsa tagħhom tkissret mal-blat waqt li kienet viċin il-bajja ta’ Crotone, f’Kalabrija.
It-tlett arrestati huma raġel Tork u żewġ Pakistani, bil-gwardjani tal-kosta Taljani għadhom qed jirkupraw il-katavri mill-baħar, kważi tlett ijiem wara din it-traġedja.
Jidher li fuq id-dgħajsa kien hemm ‘il fuq minn 200 immigrant minn pajjiżi bħall-Afganistan, il-Pakistan, is-Somalja, is-Sirja, l-Iraq u l-Iran.
Il-vittmi tal-inċident, intant, jinkludu t-tfal u n-nies li salvaw mill-għarqa bħalissa qed jinżammu f’ċentru sakemm ikun deċiż kif huma se jkunu rilokati matul il-jiem li ġejjin.
//= $special ?>