Ewropa Lokali

L-MEP David Casa jiġbed l-attenzjoni dwar irregolaritajiet fil-ħatra tal-UE

L-MEP David Casa wissa lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet proċedurali fil-ħatra tal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, li l-Uffiċċju tagħha jinsab fil-Belt Valletta.

Dan ġara wara “proċess imtawwal ħafna li kien mimli spekulazzjoni dwar pressjonijiet biex jiġi influwenzat ir-riżultat”.

Casa wissa li kien hemm spekulazzjoni kbira li l-Gvern Malti kien qed jimbotta b’mod qawwi kandidati partikolari għall-għażla, kif ukoll fakkar li fi kwistjonijiet miftuħa u attwali dwar s-saltna tad-dritt li qed inaqqsu l-indipendenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi.

Il-poplu Malti jistenna li d-drittijiet tiegħu jiġu mħarsa permezz tal-Kummissjoni Ewropea bħala l-istituzzjoni li tiddefendi t-trattati. Għalhekk l-integrità tal-proċess għall-għażla tal-Kap tar-Rappreżentanza l-ġdid jew ġdida għandha tkun issalvagwardjata bis-sħiħ.