L-attakkant tal-Arġentina u ta’ PSG rebaħ l-aqwa unur tal-players tas-sena fis-serata tal-Best FIFA Awards li saret f’Pariġi. Il-player ta’ Barcelona Alexia Putellas rebħet il-kategorija femminili. Min-naħa l-oħra l-kowċ tal-Arġentina Lionel Scaloni rebaħ l-unur tal-kowċ tas-sena ftit wara li ntrabat b’kuntratt ġdid mat-tim nazzjonali Arġentin.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż tan-nisa Sarina Wiegman rebħet il-kategorija tal-aqwa kowċ femminili.
Matul is-serata kien premjat ukoll Emiliano Martinez bħala l-aqwa goalkeeper, filwaqt li Marcin Oleksy tat-tim ta’ Warta Poznan rebaħ l-Puskas Award. Luka Lochoshvili rebaħ l-fairplay award.