Sport Sport Ieħor

Pickleball: Suċċess għas-selezzjoni Maltija tal-Malta Pickleball Association

Suċċess għas-selezzjoni Maltija tal-Malta Pickleball Association immexija minn Steffi Pace.

Fil-Kampjonati tal-Ewropa li saru f’Rota fi Spanja, Steffi Pace u Roberta Girard rebħu l-midalja tad-deheb fid-doubles livell 4.0. Midalja tad-deheb mirbuħa wkoll minn Tania Cluett fil-mixed doubles ‘l fuq minn 50 sena livell 3.5 u minn Maja Glumac fis-singles 3.5

Kisbu midalja tal-fidda Steffi Pace fil-mixed doubles livell 4.0, fil-mixed doubles livell 3.5 Roberta Girard u Maurizo Cappello filwaqt li Maja Glumac wkoll kisbet midalja tal-fidda fil-ladies doubles livell 3.5

Riżultati pożittivi wkoll minn Malcolm Falzon li fis-semi finali tilef b’match point 14-16 fejn wara tilef 13-15 għal midalja tal-bronż filwaqt li bl-istess riżultat ta’ 13-15 tilfu wkoll Tania Cluett u Nathalie Bonello għal midalja tal-bronż.

Malta Pickleball Association taf il-bidu tagħha fl-2018 wara li Steffi Pace introduċiet dan l-isport f’Malta.