Ritratti ta’ Matthew Tabone
Dan huwa dak li tawna Vitals u Steward. Ma tawna l-ebda investiment u ħallew bini abbandunat.
Dawn huma x-xeni li rajna fid-daħla tal-isptar San Luqa, bini żdingat, abbandunat u ta’ periklu.
Xeni ta’ kważi xejn investiment bil-pazjent u l-poplu Malti jbati l-konsegwenzi filwaqt li l-Gvern jagħti l-miljuni lis-sidien ta’ dan id-deal.
Wara l-konferenza tal-aħbarjiet li saret quddiem l-isptar San Luqa, il-Kap tal-PN Bernard Grech, flimkien mad-Deputati Adrian Delia u Stephen Spiteri stiednu lill-midja preżenti għal dawra ta’ ftit minuti biex wieħed jara l-istat ta’ abbandun li fih tħalla l-isptar San Luqa. Sptar li suppost kellu jservi t’għajnuna biex il-kura tas-saħħa f’pajjiżna tittejjeb, iżda minflok il-poplu Malti ħareġ biss il-flus u wiret aktar problemi. Xenarju li kien litteralment sponsorjat mill-Gvern Laburista b’għotja ta’ €300 miljun biex ma sar kważi xejn f’investiment fis-settur tas-saħħa minn Vitals u Steward.
Xenarju li kien litteralment sponsorjat mill-Gvern Laburista b’għotja ta’ €300 miljun biex ma sar kważi xejn f’investiment fis-settur tas-saħħa minn Vitals u Steward.
Is-sitwazzjoni preżenti hija waħda diżastruża b’tentattivi li kellna bħala Net News biex insaqsu lill-Prim Ministru jekk hux se jieħu passi fil-konfront tal-Ministri l-oħra li kienu fil-Kabinett ta’ Joseph Muscat fi żmien meta seħħ it-trasferiment kundannabbli bejn Vitals u Steward, u li għadhom Ministri sal-lum, Robert Abela ma weġibx.
Mistoqsi għal darba darbtejn rigward min se jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dan l-iskandlu li xxokja pajjiż, f’dawn l-aħħar jiem il-Prim Ministru baqà jaħrab id-domandi tal-media … u ma ta l-ebda tweġiba lill-poplu Malti u Għawdxi, bil-Gvern Laburista uża flus il-poplu biex jinpala l-miljuni għal servizz li qatt ma ra d-dawl tax-xemx… għax qatt ma ingħata.
//= $special ?>