Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li sawwat bla ħniena lill-eks sieħba tiegħu quddiem bintha ta’ ħames snin

Bormliż ta’ 39 sena ġie kundannat sena ħabs sospizi ghall-perjodu ta’ erba’ snin u ġie mmultat €4,500 wara li nstab ħati li f’Settembru tal-2019 sawwat bla ħniena u kkaġuna ferita gravi fuq l-eks sieħba tiegħu quddiem bintha ta’ ħames snin. Huwa nstab ħati wkoll li ħebb u rreżista diversi uffiċjali tal-Pulizija hekk kif ikkommetta atti ta’ terrur fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Bormla.

Mill-provi rriżulta li meta l-vittma qaltlu li r-relazzjoni tagħhom kienet spiccat meta daħlu fil-karrozza tiegħu, r-raġel li ismu mhux qed jissemma biex tiġi protetta l-identità tal-vittma, qabadha minn xagħra u beda jagħtiha bil-ponn u jħabbatha mal-karozza. Il-vittma qalet li l-imputat kien qed isuq il-karozza hu u sejjer lejn id-dar, f’Bormla beda jsawwatha.

L-akkuża kienet tgħid li l-argument seħħ fl-inhawi tan-Naxxar u mbaghad kompla fi nħawi ohra bejn l-imputat  u l-vittma. F’ħin minnhom hu aggredixxa lil mara kemm b’mod verbali kif ukoll fiżikament quddiem bintha. Wara xi ħin fl-istess jum il-mara marret tagħmel rapport fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ Bormla u kien f’ dak il-hin li l-imputat mar ukoll fl-istess Għassa kif mitlub, u pprova jerġa’ jaħbat għaliha, u rega’ inġurja u nsulenta lill-vittma waqt li kien qed jiġi imrażżan mill-Pulizija.

Hu nstab ħati wkoll li ħebb, inġurja u għajjar lill-uffiċjali tas-sigurtà pubblika u ma obdiex l-ordnijiet legittimi taghhom. Il-vittma kienet ġiet invistata minn diversi tobba u d-diversi griehi taghha gew ikklassifikati li huma gravi.  Il-vittma qalet fil-Qorti li f’jum il-Ħadd, f’Settembru tal-2019 wara li marru jieħdu drink Bugibba, hu beżqilha ġo wiċċa u beda joħroġilha subajh tan-nofs u ħassitha li bdiet taqa’ għaċ-ċajt.

Qalet li beda jaqbadha minn xagħra, iħabbatha mal-bieba tal-vettura u mad-dashboard. F’ħin minnhom tefagħha fuq kuxtejh u beda jagħtiha bil-ponn fuq widnejha. F’ħin minnhom peress li ma felħitx taqla aktar u bdiet tgħidlu biex jieqaf. Fżħin minnhom niżżilha wkoll s-Salini viċin lukanda u fil-fatt niżżlet mat-tifla li kienet magħha fil-vettura ukoll.

F’dak il-waqt kien hemm xi nies li tawha l-għajnuna u żammewlha lit-tifla pero’ ftit wara rega’ mar hu u hi u t-tifla telgħu mieghu ghax ma riditx li l-affarijiet jikbru. Kompliet tgħid “Pero’ wara li tlajt hu reġa’ beda jaghtini.” Meta waslu d-dar bdiet tfittex l-affħ sejrin l-għassa. Qalet li hija kienet ħarbet lejn l-għassa ħafja bit-tifla il-ħin kollu magħha.

Qalet li l-għassa reġgħet ratu ma’ wiċċha u hu għamel hafna storbju u għajjat. Il-Pulizija fl-għassa ippruvaw jikkalmawh. Il-vittma qalet ukoll li l-Pulizija l-ewwel haduha il-polyclinic imbagħad Mater Dei u issostni li qalgħet ħafna mid-daqqiet bil-ponn ħo rasha. Saħqet li hu beda jagħtiha meta l-karrozza bdiet miexja.

Hija esebiet ukoll tliet ritratti u żewġ rapporti mediċi u li hija għamlet erbat  ijiem Mater Dei u xi jiem Monte Carmeli biex tohrog mit-trawma wara dak li ġara. Qalet li it-tifla haduha Wonderland meta hija kienet l-isptar ghax ukoll kella xokk fuqha.

L-Ispettur Eman Hayman xehed waqt is-seduta tal-21 ta’ Novembru 2019 fejn stqarr li ghall-habta tal-10.30 pm tad-29 ta’ Settembru 2019 kien xogġol u kien l-għassa ta’ Bormla meta daħlet il-vittma mimlija demm. Kienet qed tgħajjat u ftit wara daħal l-imputat, li ħebb ghaliha fl-għassa wkoll u kien hemm għalhekk bzonn l-intervent tal-Pulizija u beda jgħidilha li ha ‘taħ…u il-pegg’. Għalkemm ġie ordnat biex jikkalma u jpoġġi fuq siġġu dan baqa’ ma kkoperax mal-Pulizija u beda jgħajjat u jidgħi.

Ix-xhud qal li beda jgħid li hu ‘għala żo..u mill-ġustizzja’ u affarijiet bhal dawn. Barra minn dan qal li lix-xhud li kien se jobżoqlu u anki li ħa joqtlu. Hu beda jgħid lill-Ġulizija li kienu hemm li ma jibżax minnhom. L-ghada ġie interrogat minnu u mill-Ispettur Camilleri u kien skuża ruħu miegħu tal-kliem li qallu il-ġurnata ta’ qabel pero’ stqarr li ma kienx qed jiftakar xejn minn dak li qal.

Uffiċjali oħra xehdu wkoll dwar l-aggressività tal-imputat fejn qalu li kienu ħaduh il-polyclinic ta’ Raħal il-Ġdid u wara Monte Carmeli għal kura. Ingħad li  l-atteġġament aggressiv tiegħu dam madwar siegħa. Xhedet Dr. Maria Ciantar fejn ikkonfermat li il-ġrieħ fuq il-vimma kienu gravi. Żiedet tgħid li tiftakar li il-pazjenta kienet qaltilha li kienet aggredita mill-partner tagħha.

Xhedet ukoll il-probation officer Sarah li qalet li fil-passat l-imputat kellu problema tad-droga pero’ mar sab l-għajnuna u ma għadux juża il-cannabis. Tghid li hu dejjem kien fil-ħin ghall-appuntamenti u l-unika problema li tara hija ta’ ‘anger management’ li jrid jindirizzaha. Il-Qorti qalet illi ma hemmx dubju li l-imputat agredixxa, minghajr ma ġie ipprovokat, lill-vittma u din l-aggressjoni saret fuq perjodu twil u konsiderevoli ta’ ħin minn Bugibba sa Bormla.

Ingħad li wara l-ewwel parti tal-aggressjoni, hi niżlet mill-vettura u meta reġghet telgħet biex l-imputat ma jkollux xi jgħid ma’ terzi estranji li ppruvaw jgħinuha hi reġgħet ġiet aggredita b’mod selvagg! Mhux hekk biss izda meta aktar tard marret biex tfittex l-għajnuna ghand il-Pulizija hija ħiet segwita minnu. Dan kollu ġara fil-prezenza ta’ bint il-vittma li hi minuri ta’ eta’ tenera ħafna.

Il-Qorti qalet li hija tal-fehma li l-verżjoni mogħtija mill-vittma hija kredibbli u konsistenti u bl-ebda mod ma ġiet attakkata mid-difiza. L-istess verżjoni hi ikkorraborata b’mod indirett, tal-anqas fuq dak li ġara qabel ma irrikorriet l-għassa, mill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Din l-aggressjoni li ġrat għax il-vittma infurmat lill-imputat li kienet se titilqu wara li sfat umiljata minnu fil-pubbliku ghax beżaqilha, saret fil-maggor parti tagħha fil-pubbliku tant  li setgħu jarawha terzi li ppruvaw jgħinuha.

Biex tikkomplika s-sitwazzjoni tal-imputat, dan l-aġir gravi għamlu quddiem tifla ta’ ħames snin, omm il-vittma, li jirriżulta ukoll li kellha tiddaħħal għal kura psikologika minħabba t-trawma li soffriet. Għalkemm mill-atti jingħad li l-offiża hija waħda gravi, mill-istess atti pero’ ma jirriżultax li dak deskritt jaqa’ fil-parametri ta’ dak stabbilit fl-artikolu 216 tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.     

Irid jingħad ukoll qalet il-Qorti li dan l-inċident ma damx biss ftit minuti, u li anki kieku hekk kien diġa’ ikun gravi, aħseb u ara meta dan l-inċident ħa tul konsiderevoli ta’ ħin. “Ta’ min ifakkar lill-imputat, li l-aggressjoni kellha l-bidu tagħha f’ Buġibba u kompliet ġo l-għassa ta’ Bormla.

“Biss biss l-uffiċjali tal-Pulizija qalu li tal-anqas l-inkwiet ħol-għassa dam madwar 30 minuta u kellhom jintervjenu diversi Pulizija biex jikkalmawh u jarrestawh u saħansitra kellu jigi immanettjat. Dan kollu mhux aċċettabbli u ħadd ma għandu jistenna minn din il-Qorti li timxi mal-imputat b’id tal-harir meta anki il-ħriehi huma kklassifikati bhala serji! Mhux hekk biss imma il-komportament tiegħu fl-għassa tal-Pulizija ma huwa xejn aċċettabbli.

“Il-membri tal-Korp tal-Pulizija qegħdin hemm biex jaghtu servizz u mhux biex jigu aggrediti, la verbalment u lanqas fiżikament u jiġu mgħajjra u mhedda. Dan mhux aġir li ghandu jigi tollerat. Dan kollu l-Qorti temmen li għandu jiġi rifless fil-piena, kompliet tgħid il-Qorti.

Il-Qorti qieset il-fatti kollha tal-każ, inkluż għal fatt tal-kondotta mhux nadifa tal-imputat kif ukoll il-gravità tal-akkużi li tagħhom instab ħati. Ħadet ukoll u irriflettiet fit-tul fuq is-sottomissjonijiet tal-partijiet u dak li qalu l-uffiċċjali tal-probation.

Hadet ukoll nota tal-isforz li għamel l-imputat matul il-proċeduri biex itejjeb is-sitwazzjoni. Il-Qorti tispera li dan l-inċident jibqa’ wieħed iżolat u li bi ftit għaqal u b’ aktar terapija l-imputat ikompli jikkontrolla bis-serjetà il-problema akuta ta’ rabja li ghandu f’ sitwazzjonijiet meta jkun taht pressjoni.

Qiset ukoll li l-Qorti għandha rwol li tibgħat messaġġ qawwi fis-soċjeta li l-individwi ħaqqhom rispett u imħabba u mhux agressjoni kif ukoll li kull individwu għandu jikkopera mill-ewwel mal-uffiċjali tal-Pulizija.  Wara kollox jekk l-imputat iħoss li baqagħlu bżonn l-għajnuna sta għalih ladarba qed jiddikjara li għandu hajja stabbli u li hu tal-affari tiegħu li ifittex dik l-għajnuna li jidhirlu li għandu verament bżonn.

Dan mhux biss tenut kont ta’ dak dikjarat mill-istess difiża tieghu iżda ukoll meta wieħed jikkunsidra l-età mhux adoloxxenti tiegħu. Għaldaqstant, il-Qorti filwaqt li issib lill-imputat ħati tikkundannah għal piena ta’ sena ħabs qed jiġu sospiżi għall-perjodu ta’ erba’ snin u ġie kundannat ukoll multa ta’ €4,500 li għandhom jitħallsu b’rati mensili u konsekuttivi €125 fix-xahar bl-ewwel pagament isir fl-1 ta’ Marzu 2023 altrimenti konvertibbli f’ terminu ta’ priġunerija skond il-liġi.

Barra minn dan biex tipprovdi ghas-sigurta’ tal-vittma u l-Ispettur Eman Hayman kif ukoll sabiex jinżamm il-bon ordni flimkien mal-piena qed tobbliga lill-ħati b’ obbligazzjoni ta’ €1,000 favur l-eks sieħba tiegħu u favur l-Ispettur Eman Hayman kull wiħed ghal perjodu ta’ tnax-il xahar.

Il-Qorti poġġiet ukoll lill-imputat taħt Ordni ta’ Trażżin a favur ta’ il-mara vittma għal żmien tliet snin. Il-Qorti qalet li jidhrilha li ma għandix timponi s-sanzjoni estrema ta’ ħabs effettiv minħabba il-progress li jidher li għamel matul dawn il-proċeduri. Għall-imputat deheru l-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb.