Colin Schembri
Starlites FIJO……………………45
Caffè Moak Luxol…………….51
(8-6)(11-10)(15-22)(11-13)
Dawn iż-żewġ timjiet reġgħhu iltaqgħu wara l-finali tal-MBA Shield ftit tal-ġranet ilhu u din id-darba kienu Luxol li ħadu r-rebħa għalkemm kollox baqa’ miftuħ għat-tieni leg ta’ din is-semifinali. Għal Luxol kienet nieqsa wkoll Cristina Sollami bil-coach Santino Coppa jkollhu jirrikori għal diversi żagħżagħ fosthom Jada Said u Sarah Sciberras fid-debutt tagħhom mal-kbar. Il-partita kellha bidu kwiet tant li l-ewwel sessjoni kellha biss 14 –il punt. Kienu Starlites li għamlu l-ewwel erbgħa minn Christina Curmi u Steffi De Martino. Mal-ħin, Luxol bdew jirrispondu permezz ta’ Gladina Avila u Sarah Fenech Pace però t-taqsima għalqet bi Starlites 8-6 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet b’żewġ baskets minn Maria Bonett għal Starlites biex ħadu vantaġġ doppju 12-6. Luxol kellhom fost l-oħrajn trippla minn Mandi Mercieca flimkien ma’ Fenech Pace u Avila. Starlites wieġbu permezz ta’ Amelia Simmons biex temmew il-perjodu 19-16 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni żdied xi ftit ir-ritmu hekk kif bdew jaslu t-three pointers ta’ Steffi De Martino li poġġiet lil Starlites 29-25 minn fuq. Għal Luxol komplew iwieġbu Avila u Mercieca flimkien ma’ Josephine Diaby qabel ma’ De Martino għamlet it-
tielet trippla tagħha. Luxol għamlu l-aħħar sitt punti tat-taqsima għal skor ta’ 38-34. L-aħħar taqsima fetħet bi 8 punti ta’ Luxol biex marru 10 minn fuq però mal-ħin Starlites reġgħu daħlu fil-partita hekk kif għamlu run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Michela Zammit Cordina biex Luxol ħarġu rebbieħa 51-45.
Starlites FIJO: M. Zammit Cordina 3, M. Riolo 7, A. Saliba, M. Sciberras, M. Bonett 6, S. De Martino 17, M. Fenech 2, A. Simmons 8, C. Cilia, L. De Martino, S. Davies, C. Curmi.
Caffè Moak Luxol: M. Mercieca 13, L. Fenech Pace 2, F. Camilleri, H. Galea, G. Avila 20, K. Portelli, M. Camilleri, S. Fenech Pace 3, J. Diaby 8, J. Said, S. Sciberras 5, M. Marmara
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Bogdan Mrkojevic
Hibernians……………57
ARMS Depiro……….70
(18-18)(17-16)(10-14)(12-22)
ARMS Depiro ġarrew magħhom vantaġġ ta’ 13 –il punt mill-ewwel partita hekk kif ħarġu rebbieħa kontra Hibernians 70-57. Kienu Depiro li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 10-3 b’żewġ trippli minn Casey Samuels flimkien ma’ Julia Xerri u Julia Borg. Għal Hibs kien hemm risposta minn Kenyotta Jenkins u Sam Brincat hekk kif huma komplew b’5 punti minn Ashleigh Van Vliet fosthom trippla għal skor ta’
18-18. Fit-tieni taqsima kien hemm punti fuq kull naħa fosthom trippla ta’ Jasmine Abela. Fil-fatt l-ebda team ma rnexxielhu jiftaħ vantaġġ qawwi hekk kif wara li Hibs marru 3 minn fuq, 29-26 kien hemm punti miż-żewġ timijiet għal skor ta’ 35-34.
Wara l-intervall kien hemm bidu tajjeb minn Depiro bil-punti ta’ Samuels u Xerri biex marru 5 minn fuq 43-38. Wara risposta minn Hibs permezz ta’ Van Vliet u Iona Agius, Samuels kellha 4 punti oħra għal Depiro b’Sam Brincat twieġeb bi trippla biex il-vantaġġ ta’ Depiro baqa’ ta 3 punti 48-45. Depiro fetħu l-aħħar taqsima b’seba punti mingħajr risposta biex marru 10 minn fuq. Hibs reġgħu wieġbu bi trippla ta’ Agius però l-vantaġġ ta’ Depiro kiber għal 13 –il punt 63-50. Hibs ppruvaw jirkupraw mill-ġdid però Depiro għalqu l-partita bi trippli
ta’ Samuels u Neve Borg u ħarġu rebbieħa 70-57.
Hibernians: I. Agius 11, A. Van Vliet 13, S. Brincat 18, B. Agius, J. Abela 3, K. Jenkins 12, K. Caruana, K. Conti, J. Gauchi, E. Cassar, M. Mendez.
6.
ARMS Depiro: N. Agius 2, J. Xerri 10, L. Duncan 2, C. Ciantar 15, N. Hili, C. Samuels 29, J. Borg 6, M. Micallef, N. Borg 5, L. Camilleri 1, J. Magri, E. Cassar.
Referees: Nicky Azzopardi, Bogdan Mrkojevic.
ARMS Depiro…..60
Hibernians……….57
(21-19)(16-16)(9-14)(14-8)
ARMS Depiro saru l-ewwel finalisti tat-tazza Louis Borg meta għelbu lil Hibernians 60-57 u b’aggregate ta’ 130-114. Hibs tħabtu biex jaqilbu r-riżultat però bit-telfa ta’ 13 -il punt fl-ewwel partita, it-tieni waħda kienet għat-telgħa għat-team ta’ Sandro Farrugia. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 9-5 fejn kellhom il-punti ta’ Kenyptta Jenkins flimkien ma’ Ashleigh Van Vliet u trippla ta’ Sam Brincat. Għal Depiro kien hemm risposta minn Casey Samuels li fost l-oħrajn kellha żewġ trippli u basket ta’ Claire Ciantar għamel l-iskor indaqs 15-15. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin sa’ tmiem is-sessjoni u basket ta’ Samuels ta l-aħħar vantaġġ lil Depiro 21-19. Fit-tieni taqsima Depiro ħadu l-vantaġġ hekk kif bdew bi trippla ta’ Nicole Agius però Hibs reġgħu waslu sa’ punt ‘l bogħod wara punti minn Van Vliet. Samuels wieġbet b’ħames punti oħra bit-taqsima tagħlaq bi trippla fuq kull naħa minn Agius u Van Vliet għal skor ta’ 37-35.
Wara l-intervall, Hibs bdew b’żewġ baskets minn Jenkins u Brincat qabel ma Depiro għamlu 5 punti mingħajr risposta biex baqgħu fuq quddiem. Hibs kellhom mument tajjeb bi break qasir ta’ 8-1 biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 3 punti 49-46. Fl-aħħar perjodu, wara li Hibs kabbru l-vantaġġ għal seba’ punti u bdew jersqu viċin li jdawwru l-iskor, Depiro ħasduhom b’run ta’ 9-0 kollhu minn Samuels u Ciantar u rnexxielhom jieħdu vantaġġ li żammew sat-tmiem u rebħu l-partita 60-57.
ARMS Depiro: N. Agius 14, L. Duncan 2, C. Ciantar 8, N. Hili, C. Samuels 31, J. Borg 5, M. Micallef, N. Borg, L. Camilleri.
Hibernians: K. Conti, I. Agius 2, A. Van Vliet 13, S. Brincat 16, B. Agius, J. Abela 5, K. Jenkins 12, K. Caruana 3, J. Gauchi, E. Cassar 6, M. Mendez.
Referees: Daniella Torok, Bogdan Mrkojevic.
Caffè Moak Luxol…….63
Starlites FIJO…………….54
(11-16)(19-19)(18-7)(15-12)
Starlites Fijo ma rnexxielhomx jaqilbu r-riżultat tal-ewwel partita hekk kif Caffè Moak Luxol rebħu wkoll it-tieni partita 63-54 u għaddew għall-finali b’aggregate ta’ 114-99. Għal xi ħin ir-riżultat xaqleb favur Starlites però run ta’ 10-0 minn Luxol fit-tielet sessjoni kienet deċisiva għall-iskor finali. Luxol irkupraw lil Cristina Sollami li tilfet l-ewwel logħba. Wara l-ewwel basket tal-partita minn Josephine Diaby għal Luxol, Starlites wieġbu bi break qawwi ta’ 16-4. Huma bdew bi trippla ta’ Mikela Riolo flimkien ma’ Amelia Simmons, Christina Curmi u Steffi De Martino biex marru 16-6 minn fuq. Fl-aħħar żewġ minuti kien hemm risposta minn Luxol b’ħames punti minn Gladiana Avila għal skor ta’ 11-16. Fit-tieni sessjoni Starlites reġgħu fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti wara trippla ta’ De Martino u basket ta’ Maria Bonett. Luxol irrispondew bil-punti ta’ Mandi Mercieca u Lisa Fenech Pace però Starlites komplew iżommu l-vantaġġ wara l-punti ta’ Simmons 35-25. Fl-aħħar minuta kien hemm 5 punti minn Luxol bi trippla ta’ Diaby u basket ta’ Sarah Fenech Pace għal skor ta’ 35-30.
Fit-tielet taqsima Starlites baqgħu 4 minn fuq wara trippla oħra minn Riolo flimkien ma’ Simmons. Hawn però Luxol għamlu run ta’ 10-0 biex marru sitta minn fuq u żiedu mas-sitta tal-ewwel logħba bit-taqsima tintemm bil-Luxol fuq quddiem 48-42. Fl-aħħar taqsima, Starlites ma rnexxielhomx jergħu jieħdu l-vantaġġ minkejja li trippla ta’ Simmons wasslithom sa’ basket ‘l bogħod fis-sitt minuta 48-50. Luxol reġgħu għamlu run oħra ta’ 13-3 kollhu bejn Diaby u Avila biex rebħu l-partita 63-54 u issa jaffrontaw lil Depiro fil-finali ta’ ħmistax oħra.
Caffè Moak Luxol: C. Sollami, M. Mercieca 3, L. Fenech Pace 9, H. Galea, G. Avila 28, K. Portelli, M. Camilleri, S. Fenech Pace 6, J. Diaby 17, J. Said, S. Sciberras, M. Marmara
Starlites FIJO: M. Zammit Cordina 3, M. Riolo 11, A. Saliba, M. Sciberras, M. Bonett 2, S. De Martino 12, M. Fenech 2, A. Simmons 22, C. Cilia, K. Mifsud, S. Davies, C. Curmi 2.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu.
//= $special ?>