Lokali

AĠĠORNATA: Tork iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn mutur fil-Gżira

Tork qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn mutur fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-10:50 ta’ filgħodu.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel Tork ittajjar minn mutur misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti Raħal Ġdid.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lit-Tork l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Parti mit-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.