Arsenal żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-Premier League b’rebħa dominanti ta’ 4-0 fuq Everton. Arsenal fetħu l-iskor fl-40 minuta meta Oleksander Zinchenko żmarka lil Bukayo Saka fil-kaxxa, li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Jordan Pickford għal 1-0. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima huma rdoppjaw meta Bukayo Saka seraq il-ballun minn saqajn Idrissa Gueye, b’Gabriel Martinelli japprofitta u jixħet fix-xibka għal 2-0. Arsenal skorjaw it-tielet gowl fil-71 minuta permezz tal-captain Martin Odegaard, qabel fit-80 minuta, kien is-sostitut Eddie Nketiah li għadda lejn Maritnelli, li kkonkluda ġewwa mill-viċin għat-tieni gowl personali u r-raba’ wieħed għal Gunners.
Liverpool kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Wolves. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls, b’Liverpool jiddiżappuntaw, fit-tieni taqsima huma skorjaw darbtejn fi spazju ta’ erba’ minuti, bl-ewwel gowl jasal fit-73 minuta permezz ta’ Virgil Van Dijk. Biex fis-77 minuta kien Mohammed Salah li għalaq il-partita għal skor finali ta’ 2-0.
Riżultati
Arsenal v Everton 4-0, Liverpool v Wolves 2-0
//= $special ?>