Fil-jiem li għaddew ġie magħżul it-tim Nazzjonali Mallti tal-Bowling sabiex jirrapreżenta lil Malta fil-Kampjonati Mediterranji tal-2023 li se jsiru f’Mejju li ġej f’San Marino.
L-iskwadra hija magħmula mill-atleti li klassifikaw fl-ewwel żewġ postijiet mill-irġiel u nisa wara 24 logħba li ġew imħejjija speċifikament għal dan il-kampjonat prestiġjuż.
Fost l-irġiel, iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena, Kayden Laganà, beda u spiċċa din il-kompetizzjoni fl-ewwel post fost l-aqwa bowlers irġiel fil-gżejjer Maltin. Laganà spiċċa b’punteġġ medju tremend ta’ 217.46. Mauro Anastasi spiċċa fit-tieni post sabiex reġa kkonferma ruħu fl-iskwadra ta’ Tim Malta għall-Kampjonati Mediterranji tal-Bowling għal sena oħra konsekkuttiva. Anastasi temm bi skor medju ta’ 215.50.
Fil-kategorija tan-nisa, Sue Abela wkoll żammet l-ewwel post mill-bidu sal-aħħar b’punteġġ medju ta’ 200.83 fl-24 logħoba ta’ kwalifikazzjoni. Abela kienet l-unika mara li tispiċċat b’punteġġ medju ta’ ‘l fuq minn 200.
F’din il-kompetizzjoni, Cynthia Frendo Duca baqgħet fit-tieni post bl-istess mod. Frendo Duca rnexxielha żżomm postha f’Tim Malta għall-MBC u tispera li terġa tirrepeti s-suċċess li kellha s-sena l-oħra fl-MBC tal-2022, meta rebħet midalja tal-fidda ma’ Melissa Swift fl-event tal-Female Doubles.
Il-25 edizzjoni tal-Kampjonati Mediterranji tal-Bowling (MBC) se ssir dis-sena f’San Marino f’Mejju 2023.
//= $special ?>