Joe Giglio, PN
Id-deputat Nazzjonalista Joe Gilgio qal fil-parlament li dawk responsabbli għall-korruzzjoni tal-isptarijiet għandhom iħallsu għal għemilhom.
Joe Giglio qal li l-ekonomija tal-gvern hi mfassla biss fuq l-importazzjoni tal-]addiema b’nuqqas ta’ viżjoni fl-infrasrtuttura u setturi oħra. Hu kopla li fl-aħħar 10 snin, il-popolazzjoni żdiedet b’100,000 waqt li fil-50 sena ta’ qabel bejn l-1964 u l-2012 kien hemm l-istess żieda ta’ 100,000.
Hu sostna li l-gvern naqas fl-iżvilupp sostenibbli fejn ma kien hemm xejn ippjanat sew tant li llum il-pajjiż sar mimli traffiku u kastrofobiku. Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-iżvilupp sostenibbli għandu bżonn investiment.
Il-gvern falla f’dan ir-rigward, sostna Joe Giglio, li qal li fil-kuntratt tal-isptarijiet il-gvern nefaq €300 miljun li marru f’kuntratt li ma kienx fl-interess nazzjonali. Hu kompla li kienet Daphne Carana Galizia li bdiet tiżvela l-informazzjoni dwar dan l-iskandlu u sostna li dan dawn it-€300 miljun setgħu jintefqu b’mod li jtejbu x-xenarju tal-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn insterqu mill-poplu u kompla li dawn setgħu ġew investiti fid-diversi setturi fosthom fl-isptarijiet stess. Hu sostna li kien hemm min aġixxa b’mos korrett u għalhekk ma jistax ikun li wara sentenza bħal din, ma jitteħdux il-passi.
Joe Giglio kompla li dawk responsabbi għandhom iħallsu għal għemilhom.
//= $special ?>