Lokali

FILMATI ESKLUSSIVI: Dan huwa s-‘suppost investiment’ li għamlu l-Gvern u Steward fl-Isptar San Luqa

Filmati esklussivi li għandu Net News juru l-qagħda diżastruża li hemm fl-Isptar San Luqa. Dan hekk kif il-Gvern kien wiegħed li permezz tad-deal li għamel ma’ Vitals u eventwalment ma’ Steward… se jirranġa l-Isptar San Luqa.

Imma sal-lum il-ġurnata… wara kważi tmien snin… dawn il-filmati juru s-‘suppost investiment’ li għamlu l-Gvern u Steward Health Care f’dan l-istpar.

Ġurnalizmu investigattiv minn Net News wassal biex jidħol fil-binja tal-Isptarijiet San Luqa u Karen Grech u ffilmjaw filmati mill-aktar xokkanti ta’ telqa u abbandun… ħerba fil-veru sens tal-kelma kif jixhdu dawn il-filmati li jitkellmu waħidhom.

L-Isptar San Luqa li kellu jsir investiment qawwi fih minn Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare u li kellu jwassal biex fih ikun hemm xejn minn 400 sodda ġdida għall-pazjenti Maltin.

Imma dawn il-filmati jikkonfermaw bl-aktar mod ċar li xejn minn dan l-investiment li sar… anzi l-binja tal-Isptar San Luqa tħalliet litteralment tiddeterjora b’telqa ta’ saqqijiet fuq xulxin, għamara mkissra mwaddba fuq xulxin…

Xejn għajr dawn il-filmati esklussivi ma jiddeskrivi aħjar mit-telqa li hemm fl-Isptar San Luqa… liema telqa l-Gvern ta’ Robert Abela jibqa’ jiddefend… anzi l-ewwel kien jagħti lil Vitals Global Healthcare u lil Steward Healtchare is-somma ta’ €30 miljun fis-sena u din imbagħad telgħet għal €60 miljun, €70 miljun… u din is-sena Robert Abela u l-Kabinett tal-Ministri approvaw l-għota ta’ €80 miljun… dejjem minn fuq dahar it-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi… u dawn il-filmati li qed issegwu huma x-xhieda ta’ din is-serqa fid-dawl tax-xemx u ta’ dan id-deal korrott li l-Gvern Laburista għamel mal-barranin li selħu u għadhom jisolħu lill-poplu Malti u Għawdxi.

Intant il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li dawn il-filmati esklussivi jikkonferma dak li l-Ġartit ilu jgħid għal dawn l-aħħar snin… li l-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ma kellhom qatt jingħaddu f’idejn min ma kellu l-ebda idea dwar kif jitmexxa sptar jew kif joffri servizz tas-saħħa.

Agħfsu fuq din il-link biex taraw dawn il-filmati esklussivi.

https://www.facebook.com/NetNewsMalta/videos/1398965177583076