Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-Gvern li falla fis-settur tas-saħħa biex ta l-miljuni lill-frodisti sħabu fil-korruzzjoni tal-isptarijiet.
Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li l-gvern falla fil-miri ta’ żvilupp sostenibbli tal-ambjent, fil-lokalitajiet, fit-tindif, fis-sigurtà, fil-Korp tal-Pulizija u fis-sistema tas-saħħa fil-pajjiż. Hu qal li l-Gvern jipprova jpinġi s-sitwazzjoni li l-pajjiż għandu l-aqwa sistema tas-saħħa meta l-verità hi ferm iktar ‘il bogħod minn hekk.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern berbaq il-miljuni biex jaqdi lill-frodisti u korrotti ħbieb tagħhom. Il-qorti issa kkonfermat dan kollu.
Falliment fis-settur tas-saħħa hu li l-Ministru Chris Fearne naqas li jibni sptar għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Il-gvern kien ħabbar li se jibni dan l-isptar u li sakemm jinbena kellhom jikru sptar għal kura psikatrika. Minkejja dan, ħames snin wara li ħabbru dan il-proġett, il-pajjiz għadu mingħajr l-ewwel ġebla. L-istess kif għamlu l-Vitals f’Għawdex.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li m’hemm ebda indikazzjoni li se jinbena dan l-isptar tant li fl-aħħar budget allokaw biss €500,000.
Falliment ieħor kien li l-Gvern jibni out-patients block ġdid f’Mater Dei fejn illum hemm pressjoni kbira. Chris Fearne falla anki hawn. Fil-11 ta’ Mejju 2017, sitt snin ilu, Chris Ferane kien ħabbar li se tinbena binja ġdida għall-out-patients b’parkeġġ ta’ ħames sulari. Fearne u Muscat kienu qalu li dan se jtaffu l-pressjoni f’dan is-settur. Chris Fearne bħal Vitals qarraq bil-poplu.
Beppe Fenech Adami qal li falliment ieħor kien il-kollass totali fid-Dipartiment tal-Emerġenza li issa sar il-post fl-Isptar fejn il-pazjenti jdumu jistenenw is-sigħat biex jingħataw attenzjoni; anzjani jistennew 11-il siegħa fl-Emerġenza u nies fuq stretchers jistennew ukoll għal sigħat sħaħ.
Hu qal li Chris Fearne falla fl-iffullar fl-isptar fejn hemm pazjenti jinżammu fuq stretchers flok sodod, pazjenti fil-kurituri, swali bil-portable toilets, swali taħt l-art bla twieqi u swali b’sodod tant viċin xulxin li huma diffiċli għat-tobba biex jeżaminaw lill-pazjenti.
Id-deputat Nazzjonalista qal li Chris Feare falla milli jibni mother and child hospital meta seba’ snn ilu Chris Fearne kien wiegħed li se jinbena dan l-isptar bi 300 sodda. Minn dan kollu Chris Fearne m’għamel xejn. Flok dan l-isptar hemm baħħ, bħall-baħħ tal-Isptar ta’ Gawdex.
Falliment ieħor kien meta Fearne wiegħed li se jinqatgħu l-listi ta’ stennija. Illum għad pazjenti muġugħa jistennew ix-xhur biex isirilhom l-operazzjonijiet. Minbarra dan, il-Ministru Fearne falla fil-mediċini nieqsa fejn l-anzjani qed ikollhom jixtru l-mediċini minn flushom meta dawn suppost jingħataw b’xejn.
Beppe Fenech Adami qal li l-Ministru tas-Saħħa falla milli jindirizza l-bżonn ta’ tobba u infermeriera fil-pajjiż fejn illu tobba u infermiera Maltin qed imorru barra minn Malta. Il-gvern ħoloq kirżi f’dan is-settur fejn il-pajjiż sar jiddependi fuq l-importazzjoni ta’ infermiera barranin.
Il-Ministru Fearne naqas li jindirizza l-kura primarja fejn fil-pajjiż hawn problema kbira ta’ obeżità fejn hawn iktar minn 30% tal-poplu li ma jikolx ikel sustanzjuż. Għalhekk hawn problema kbira tad-dijabete. Malta tinsab fis-27 post minn fost 35 pajjiż fl-Ewropa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li s-sistema tas-saħħa tal-pajjiż qed tfalli u għalhekk hu dover il-PN li jibqa’ jkun il-vuċi tal-poplu għax il-pajjiż jixraqlu ferm aħjar.
//= $special ?>