Matul il-ġlieda kontinwa li d-Dwana Maltija qed taffaċja, matul ix-xhar ta’ Frar interċettaw erba’ basktijiet ta’ flus kontanti mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-flus kontanti ammontaw għal €75,042. Tlieta mill-basktijiet ammontaw għal €39,028, li rriżulta f’arranġament barra mill-Qorti kif ukoll €4,589 f’multi.
Il-basket l-ieħor kien fih €36,014 fi flus kontanti, u l-persuna li nqabdet bil-basket ittieħdet il-qorti u ngħatat multa ta’ €14,357.70 .
Id-Dwana Maltija interċettat ukoll 6 kilogrammi kannabis u 108 fliekxen tal-inbid f’żewġ kaxxi separati.
//= $special ?>