Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li l-gvern inganna wkoll lill-ħaddiema ta’ Steward.
Ivan Castillo tkellem dwar is-sostenibbiltà tal-ħaddiema ta’ Steward u sostna li l-kuntratt inizjali li sar mal-ħaddiema kien jgħid li se jkollhom kollox bħall-ħaddiema tal-gvern iżda fil-fatt ma kellhom xejn l-istess; la l-pagi u lanqas il-kundizzjonijiet. Dawn il-ħaddiema ġew ingannati minn gvern li pinġilhom kollox sabiħ iżda ma kien hemm xejn.
Hemm ħaddiema li marru jitkellmu ma’ Steward fuq dawn is-sitwazzjonijiet u hemm ħaddiema li tkellmu mal-gvern iżda ma kinux mismugħa. Hemm ħaddiema li tant kienu f’sitwazzjnijiet ħżiena li kienu qed jaħdmu fuq l-istess bank tax-xogħol iżda b’kundizzjonijiet differenti, tant li ddeċidew li jtilqu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn il-ħaddiema reġgħu marru mal-gvern waqt li ħaddiema oħra staportew forsi l-wiegħdi li sarulhom jiwettqu iżda minn dan ma sar xejn. Dawn il-ħaddiema lanqas ingħataw uniformi fejn l-istat tax-xogħol kien miżerabbli.
Ivan Castillo kompla li l-kuntratt ma kienx isegwi dak li kien miktub u sostna li l-ħaddiema irrikorrew għand il-unions. Il-UĦM dejjem kienet fuq in-naħa t-tajba tal-istorja, bħall-PN. Il-claim ma nstemgħax tant li saru numru kbir ta’ strikes b’effetti negattivi fuq is-settur.
Hu qal li kieku ma saritx din il-korruzzjoni, dawn il-ħaddiema kienu jkunu direttament mal-gvern u għalhekk il-ħaddiema ma kinux jitilfu pagi u flus.
Joseph Rapa, is-Segretarju Permamenti tas-Saħħa, kien serraħ ras il-UĦM li se jagħti lura dak kollu l-ħaddiema tilfu inkluż il-kundizzjonijiet, li se jiddaħħlu mal-gvern, li jieħdu s-seniority u li se jieħdu l-flus li tilfu. Fil-verità, il-gvern mar lura minn keltmu.
Dawn il-ħaddiema tilfu madwar €6,800 u kienu ngannati, sostna Ivan Castillo, li kompla li dawn il-ħaddiema regħu bdew qishom mill-ewwel ġurnata u tilfu t-tliet sin ta’ qabel.
Għalhekk il-UĦM fetħet kawża u l-gvern qed jibqa’ jċaħħad id-drittijiet lil dawn il-ħaddiema. Issa li l-kuntratt kien annullat, il-gvern għandu jitlob skuża mhux bis slill-poplu iżda lil dawn il-ħaddiema u jtihm dak li hu dritt tagħhom. Dawn il-ħaddiema tnt essenzjali kellhom kundizzjonijiet ferm inqas u kienu ngannati. Il-gvern tellef l-opportunità lil dawn il-ħaddiema anki fil-promozzjonijiet, sostna Ivan Castillo.
//= $special ?>