Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjoalista Chris Said sostna fil-parlament li l-gvern kien imwissi dwar l-isptarijiet; għalhekk kollha responsabbli fl-iskandlu tal-korruzzjoni tal-isptarijiet.
Chris Said sellem lid-deputat Nazzjonalista Adrian Delia għall-kawża li fetaħ dwar l-isptarjiet u sostna li b’mod li ma jitwemminx, il-gvern qed jipprova jirredikola lill-Oppożizzjoni. Din hi l-ikbar ħadma fl-istorja politika u jien ilni nitkellem dwarha mill-2015, sostna Chris Said, li sostna li l-Gvern Laburista dejjem ivvota kontra mozzjonijiet tal-Oppożizzjoni biex il-poplu jikseb l-isptarijiet lura.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li kull kelliem tal-gvern farar ir-responsabbiltà ta’ dan il-ħniżrija u korruzzjoni li qatt wettaq xi gvern Malti; minn ġo Kastilja.. mill-Prim Ministru. Id-deputati Laburisti kollha qed iġibu skużi banali biex ifarfar ir-responsabbità; kulħadd imur jistaħba.
Chris Said kompla li l-PN mhux kontra l-involviment tas-settur privat fis-settur tas-saħħa iżda kontra l-uniku sptar f’Għawdex ikun privatizzat. Fl-2015 l-ebda deputat Laburista ma kien kontra li l-uniku sptar f’Għawdex imur għand il-privat. Kienet Daphne Caruana Galizia li bdiet toħroġ l-informazzjoni dwar Vitals, li qatt ma kellhom esperjenza fil-qasam tas-saħħa.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li kollox kien ippjanat fir-raba’ sular taċ-Ċentru Nazzonali Laburista kemm fuq l-isptarijiet kif ukoll dwar il-power station. Il-Gvern ġie jaqa’ u jqum mill-isptarijiet u mis-saħħa tal-poplu. Ħadd mill-gvern Laburista m’għamel xejn biex l-isptar t’Għawdex ma jgħaddix għand il-frodisti u għand il-ħallelin.
Chris Said kompla li l-gvern kien wiegħed sptar fi tliet snin sal-2018 f’Gaħwdex b’400 sodda iżda minn dan ma sar xejn. Hu qal li minbarra l-fatti fuq Vitals ħareġt l-informazzjoni li kien hemm qbil ma’ Vitals qabel ħarġet l-offerta. Kull depuat li vvota favur il-budget tas-saħħa li fih kien hemm il-vot għall-Vitals u Steward hu kompliċi.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan kien kuntratt mgħaġun fil-frodi u sostna li l-Gvcrn bdiel ukoll il-pjan lokali biex iż-żoni tal-isptarijiet ma jibqgħux normali iżda jsiru industrijali. Dan sar biex ma jkunx hemm bżonn li l-gvern imur il-parlament bl-għoti tal-artijiet u jkollu jiżvela l-kuntratti. Dan biex jevitaw l-iskrutinju tal-parlament, sostna Chris Said.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ t-tneħħija ta’ Godfrey Farrugia minn Ministru tas-Saħħa; dan kien pjan biex minfloku jsir Konrad Mizzi. Il-PN irnexxielu jwaqqaf dan il-kuntratt anki mill-Oppożizzjoni, sostna Chris Said, li kompla li l-Oppożizzjoni talbet li l-kuntratt ikun diskuss fil-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa iżda l-gvern għamel minn kollox biex dan il-kuntratt ma jkunx diskuss. Kienet il-UĦM li talbet lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga dan il-kuntratt li qasam din il-ħadma fi tliet rapport. S’issa ħarġu tnejn u jonqos joħroġ it-tielet rapport.
L-Awditur Ġenerali stabilixxa li kien hemm ftehim minn qabel, kollużjoni u li kollox kien ippjanat minn qabel iżda l-gvern kompla jżid il-flus lil Vitals u lil Steward, qal Chris Said, li kompla li Chis Ferane ilu tmien snin responsabbli mis-saħħa u kien jaf li Steward ma kinux qed jonoraw l-obbligi kuntrattwali. Minkejjja dan, meta sar il-ftehim bejn Vitals u Steward, Chris Fearne qal li dan hu the real deal. Il-Qorti stabiliet li dan kien ftehim frodista u kriminali.
Dwar il-Prim Ministru, Chris Said qal li Robert Abela ma kienx deputat fl-2015 u li qed jipprova jirranġa l-ħażin iżda meta sar Prim Ministru, hu kien qal li se jagħmel kummissjoni biex fi żmien xahar ittih rapport dwar l-isptarijiet. Għadda ż-żmien iżda l-Prim Ministru qatt ma ppubblika r-rapport li jekk sar dan inħeba. Taħt il-Prim Ministru Abela kien hemm ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali u l-flus lil Steward komplew jiżdiedu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li f’April 2020, erba’ xhur wara li Robert Abela sar Prim Ministru, l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni biex l-isptarijiet jittieħdu lura. Dakinhar Robert Abela u d-deputati ħadmu biex dik il-mozzjoni ma tgħaddix.
//= $special ?>