“Is-sistema ma’ ħadmitx minħabba lack of resources u increasing work load” – Hija din il-konklużjoni tal-inkjesta li tmexxiet mill-Imħallef Emeritu Jeffrey Valenzia dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar – l-omm ta żewġt itfal li nhar it-Tlieta 22 ta’ Novembru, nqatlet kiesaħ u biered b’tir f’wiċċha … iżda kif tenna l-Editorjal tat-Times, il-Gvern għandu biżejjed riżorsi għal affarijiet oħra, u għalhekk mhux jutilzza r-riżorżi kif suppost.
Filfatt, fl-aħħar xhur, ġie rrapurtat illi l-Gvern nefaq aktar minn żewġ miljun ewro fl-uniformijiet tal-pulizija, aktar minn 7.5 miljun ewro fl-għases tal-pulizija, u madwar nofs miljun ewro fuq 12 il-vettura tal-pulizija.
Filwaqt li dawn l-investimenti kollha setgħu kienu meħtieġa, l-Editorjal jinsisti li l-Gvern għad irid iwieġeb u jgħid kemm se jinvesti flus sabiex iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mir-rapport tal-Imħallef Emeritu Valenzia.
Wara li ġew ippubblikati l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-qtil ta’ Bernice Cassar, l-Imħallef Emeritu Geoffrey Valencia kien kkonkluda li s-sistema kontra l-vjolenza domestika ma ħadmitx kif suppost, billi ħadd s’issa għadu ma refa’ r-responsabbiltà għal qtil ta’ Cassar.
Skont l-Imħallef Valencia, is-sistema ma pproteġietx lil min kien qed jitlobha ripetutament għall-protezzjoni, u wasal għall-konklużjoni wkoll li l-awtoritajiet konċernati għandhom nuqqas ta’ riżorsi u ammont kbir ta’ xogħol.
L-istudju kien elenka numru ta’ rakkomandazzjonijiet u kien kixef ukoll sistema li kienet spiċċat mtertqa..studju mwettaq minn diversi akkademiċi u esperti fil-qasam li kienu diġà saħqu li s-sistema ma kinitx qed taħdem minħabba nuqqas kbir ta’ riżorsi u nuqqas ta’ staff fost oħrajn.
Il-konklużjoni ta’ din l-inkjesta hija ugwali għal studju li kien ikkummissjonat mill-Gvern stess li iżda tħalla fuq l-ixkaffa għal aktar minn sena…fejn matul dan iż-żmien inqatlu żewġ persuni, żewġ nisa, żewġ ommijiet, Rita Ellul u Bernice Cassar…kawża ta’ vjolenza domestika.
Kif jinnota l-Editorjal tat-Times, il-kliem li tnizzel fir-rapport ta’ Valencia huwa kliem li diġa qrajna dwaru qabel kif irrimarka Valencia stess. Ir-rapport insista li s-sistema għandha tagħmel minn kollox sabiex tipproteġi lin-nisa f’sitwazzjonijiet prekarji bħal ta’ Cassar. Dan sabiex ma’ jibqawx jiġu ripetuti sena wara sena. Filwaqt li tenna, li jittama li din id-darba l-istorja ma tiġix ripetuta.
//= $special ?>