Il-PN huwa kommess li jkompli jiltaqa’, jisma’ u jagħti sehemu biex itella fuq l-aġenda nazzjonali l-isfidi u l-problemi li qed jiffaċċjaw in-negozji zgħar u medji f’pajjiżna.
F’laqgħa maċ-Chamber of SME’s, delegazzjoni mill-partit Nazzjonalista mmexxija minn Chris Said President tad-Djalogu Soċjali, u mid-Deputati Nazzjonalisti Robert Cutajar, Ivan Castillo, Rebakkah Borg u Mark Anthony Sammut tkellmu dwar diversi temi importanti għas-settur tax-xogħol f’pajjina fosthom għan-negozji żgħar u medji.
Fost is-suġġetti li ġew trattati kien hemm id-direttivi Ewropej u kif dawn qed jolqtu lin-negozju f’pajjiżna. Saret diskussjoni wkoll dwar it-traffiku li hu problema reali li qed joħloq inkonvenjent mhux biss lill-pubbliku inġenerali iżda wkoll fil-ġarr tal-merkanzija lejn Għawdex fost problemi oħra relatati.
Tema oħra li ġiet diskussa kienet dwar l-MCAST hekk kif id-Deputati Nazzjonalisti saħqu dwar il-bżonn li jkun hemm bidla fil-mod kif qed jopera anke fid-dawl ta’ nuqqas ta’ ħaddiema li lesti jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Sostnew li s-sistema edukattiva f’pajjiżna preżentament mhix tilħaq il-bżonnijiet ghħd-diffikultajiet u l-isfidi li qed jiffaċċjaw numru ta’ negozji.
Huma tkellmu wkoll dwar l-importanza li jkun hemm inqas burokrazija u inqas dewmien fil-proċess tal-permessi fl-applikazzjonijiet għall-haddiema barranin.
//= $special ?>