Joe Giglio, PN
Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-poplu jird pajjiż sigur mhux logħob biċ-ċifri.
Joe Giglio qal li l-kwisjtoni tas-sigurtá hi fuq l-aġenda tal-pajjiż u qed tipproekuppa lin-nies tan li jirriżulta li l-aktar preokupazjzoni tal-ooplu hi s-sigurtà. Hu kompla li minkejja dan, il-gvern hu għami għal dan ix-xenarju fejn fl-aħħar ġimgħat issejħet konferenza tal-aħbarijiet biex ikun spjegat li minn studji tal-Crime Report Observatory, ir-rata tal-kriminalità qed jintqal li naqset.
In-nies ma jridux ċifri u propoganda rħisa iżda jridu li jħossu li huma komdi fid-djar, fuq ix-xogħol, fit-toroq u waqt li għaddejjin fit-traffiku. In-nies iridu jkollhom serħan tal-moħħ dwar is-sigurtá tat-tfal u tal-anzjani fost l-oħrajn.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Ministru tal-Intern irid jiddeċiedi li jew joqgħod jikkuntenta biċ-ċifri jew li jirrikonoxxi li s-sentiment tan-nies ma jaqbilx ma’ dawn iċ-ċifri.
Joe Giglio qal li ċertu reati llum tneħħew mill-istatistika tal-Crime Report Observatory u sostna li l-gvern mhux iwieġeb dwar din is-sitwazzjoni. Hu sostna li kien għamel numru ta’ mistoqsijiet parlamentari lill-gvern iżda jidher li m’hemmx risposta. Dun hi arroganza u nuqqas ta’ rispett min-naħa tal-gvern.
//= $special ?>